Miexi l-proċess biex Dun Mikiel Attard isir qaddis Imtella' Awwissu 8, 2021 Rapport: Fiorella Pace
Ara il film hawn: www.tvm.com.mt/mt/news/miexi-l-process-biex-dun-mikiel-attard-isir-qaddis/?fbclid=IwAR36Z8hsT8gn59EwmIoPlSL29EJx8iG1lJHfd3HUPG6AZMItxOI_yZEfUw8Tribunal fil-Kurja ta’ Għawdex lesta s-smiegħ tax-xhieda ta’ persuni li kienu jafu mill-qrib lil Dun Mikiel Attard li ħajtu qiegħda tiġi studjata bir-reqqa bħala parti minn kawża għall-beatifikazzjoni. Is-saċerdot li għal ħafna għex ħajja qaddisa għadu kemm għalaq 17-il sena mejjet. L-Isqof ta’ Għawdex iddeskrivieh bi tliet frażijiet: bniedem integru, jikkomunika man-nies u jħoss mal-batut. F’għeluq is-17-il sena mill-mewt tas-saċerdot Għawdxi Dun Mikiel Attard; l-Arċipriet tax-Xewkija, Dun Daniel Xerri, li kien qrib ta’ Dun Mikiel ta aġġornament dwar fiex wasal il-proċess tal-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ dan is-saċerdot min-Nadur. “Il-kawża ta’ beatifikazzjoni fuq livell djoċesan miexi wara li t-tribunal sema’ aktar minn 90 xhieda ta’ persuni li kienu jafu lil Dun Mikiel. Bħalissa l-kummissjoni storika qiegħda tistudja l-kitbiet tiegħu u l-kummissjoni teoloġika qed tevalwa li l-kitbiet jaqbluma’ dak li tgħallem il-Knisja Kattolika.” Dun Daniel Xerri qal li Dun Mikiel Attard kien verament bniedem t’Alla li ħa bis-serjetà l-esperjenza tal-fidi tiegħu, u li għex is-saċerdozju b’ferħ u b’ġenerożità. L-Arċipriet tax-Xewkija qal li Dun Mikiel Attard ta ħajtu għal ħaddieħor u li ħafna kienu jfitxxuh speċjalment għall-qrar u biex jieħdu d-direzzjoni spiritwali tiegħu. “Ibbenefikaw mill-kariżma tiegħu ż-żgħażagħ, tfal tant saċerdoti u reliġjużi, morda u anzjani…Mikiel kellu mħabba partikolari lejn il-missjonijiet, imħabba lejn l-immigranti, il-familja, imħabba lejn il-bniedem b’dak li hu.” Miriam Portelli kienet fil-grupp tal-missjoni ta’ Dun Mikiel. “Hu kien jemmen li apparti l-flus dak li tista’ tagħmel mal-missjunarju huwa li tmur iżżurhom. Kien jgħid għal ftit taż-żmien nieħdu lil Għawdex għand il-missjunarju…ma kien jaqta’ qalbu minn xejn. Għalkemm kien ikun għajjien u anke kultant il-mard kien itellfu milli jagħmel dak li jixtieq, Dun Mikiel kien jibqa’ jirsisti li jakkumpanja lill-missjunarju fit-triq tiegħu.” Anton Mercieca, membru tal-MUSEUM fin-Nadur, qal li jħobb jiftakar f’xi kliem li kien jgħid Dun Mikiel Attard u li bihom kien ikun ta’ kuraġġ għall-oħrajn. “Kien iħobb jgħid din. Fil-ħajja hawn is-slaleb u hawn il-mard, aħna f’dawn l-okkażjonijiet jew nitħaddnu mas-salib ta’ Kristu, jew niddispraw mal-għuda ta’ Ġuda.” L-anniversarju mill-mewt ta’ Dun Mikiel Attard tfakkar biċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu. Fl-omelija, l-Isqof ta’ Għawdex, Anton Teuma qal li Dun Mikiel kien bniedem mal-bnedmin. Kien kapaċi jkellem u jitkellem ma’ kulħadd, jisma’ lil kulħadd miż-żgħir sal-kbir, mhux biss fl-età imma saħansitra politiċi, nies fil-poter, isqfijiet u kardinali. “Bniedem integru, bniedem awtentiku, bniedem ta’ veru. Meta tarah u tisimgħu m’għandekx dubju x’inti tara u x’inti tisma’. M’għandekx taħseb imma għalfejn qed jgħid hekk.” Monsinjur Anton Teuma qal li Dun Mikiel kien ukoll bniedem tal-batut li ġarr ħafna tbatija ta’ ħafna nies f’qalbu. Il-postulazzjoni tal-kawża għadha kemm ħarġet ktieb dwar kif Dun Mikiel Attard baqa’ fil-qalb ta’ dawk li ltaqgħu miegħu.
Is-sit popolari u mimli riżorsi Laikos għadu kemm ħoloq din il-paġna dwar il-Qaddej ta' Alla Dun Mikiel Attard https://www.laikos.org/dma.htm
DUN MIKIEL ATTARD Saċerdot 1933 – 2004
Tagħrif: Dun Mikiel twieled fin-Nadur, Għawdex, nhar l-1 ta’ Ottubru, 1933, l-ewwel fost tnax-il aħwa, iben Coronato u Anna neè Tabone. Billi kien jaħdem Malta bħala kuntrattur u bennej, missieru kien mar joqgħod bil-familja b’kollox fil-Ħamrun u hekk Dun Mikiel għadda l-ewwel sitta jew seba’ snin ta’ ħajtu joqgħod Malta. Fl-1940, wara li faqqgħet it-tieni gwerra dinjija, Coronato ddeċieda li jirritorna lura bil-familja tiegħu lejn raħal twelidu. Hawn iċ-ċkejken Mikiel beda jiffrekwenta l-MUSEUM fejn fl-1945 ġie aċċettat bħala kandidat. Ta’ għaxar snin beda wkoll jistudja fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù. Mis-superjuri u l-għalliema kien miżmum bħala student intelliġenti, serju, eżemplari, ta’ ħajja tajba u attent biex iwettaq dmirijietu sewwa. Aktar tard huwa ddeċieda li jimxi wara Kristu fit-triq tas-saċerdozju. Bħala seminarista huwa kien kapaċi jidħak u jiċċajta ma’ sħabu imma fl-istess ħin iħobb il-ħajja ta’ ġabra u talb. Huwa ġie ordnat djaknu mill-isqof Mons. Ġużeppi Pace fl-20 ta’ Diċembru, 1958 u presbiteru fit-12 ta’ April, 1959. Fost il-ħidmiet pastorali li wettaq b’żelu kbir, Dun Mikiel ħadem ħafna maż-żgħażagħ. Għal ħafna snin kien direttur spiritwali tal-Football Club Nadur Youngsters fejn, barra mit-talb qabel kull partita, qatt ma kien jonqos li jgħaddilhom kelma tajba. Huwa kien jorganizza laqgħa fix-xahar għaż-żgħażagħ tal-parroċċa tiegħu u aktar tard waqqaf il-grupp ta’ talb imsejjaħ GYM talb Madonna Ta’ Pinu. Huwa beda joħroġ ukoll il-fuljett ta’ darba fix-xahar “Il-Ħbieb isejħu”. Baqa’ ħafna attiv fil-MUSEUM u spiss kien iżur id-diversi oqsma ta’ Għawdex. Huwa ħabb ħafna lis-saċerdoti u ħadem kemm felaħ biex jgħinhom f’kull bżonn tagħhom. Fl-1966 beda joħroġ fuljett għalihom, “Aggiornamento,” li fih kien jittratta temi spiritwali u pastorali attwali. Huwa dejjem ħadem id f’id mal-isqof tiegħu, fi spirtu ta’ komunjoni u ubbidjenza, u għen lil sħabu s-saċerdoti jgħixu f’dan l-ispirtu. Anke meta ma kienx mifhum jew sab lil min ma jaqbilx miegħu, huwa dejjem ġarrab kollox fis-skiet għall-imħabba ta’ Kristu. Kellu ħeġġa kbira għall-erwieħ. Kien lest jissagrifika lilu nnifsu, anke sa tard bil-lejl, biex jisma’, ifarraġ u jgħin lil dawk li kellhom bżonn l-għajnuna tiegħu fil-qrar jew fid-direzzjoni spiritwali. Ħafna nies, fosthom numru kbir ta’ saċerdoti u reliġjużi, kienu jżommuh bħala d-direttur spiritwali tagħhom. Mix-xhieda ta’ ħajtu u mill-għerf tal-Ispirtu li kellu gawdew ukoll għal ħafna snin is-seminaristi Għawdxin fil-formazzjoni tagħhom għas-saċerdozju. Kien, fil-fatt, direttur spiritwali fis-Seminarju Maġġuri mill-1970 sal-1996. Dun Mikiel kien jibqa’ jsegwihom anke wara l-ordinazzjoni u meta kienu jkunu msefrin. Kellu spirtu missjunarju kbir. Fit-2 ta’ Ottubru 1982 huwa waqqaf il-Grupp Missjunarju Għawdxi bil-għan li jnissel u jsaħħaħ l-imħabba lejn il-missjonijiet u jorganizza aħjar il-ħidmiet lokali favur il-missjoni. Ma’ dan il-Grupp huwa organizza esperjenzi missjunarji fl-Eġittu, il-Kenja, l-Etjopja, il-Pakistan, l-Indja, il-Brażil, it-Tuniżija, l-Alġerija u l-Perù. Kien iħobb sinċerament lil art twelidu, iħoss għall-ħtiġijiet tal-poplu u jinteressa ruħu fil-ħtiġijiet soċjali. Stinka biex il-Moviment Azzjoni Soċjali jibda jwettaq il-ħidma tiegħu f’Għawdex ukoll. Kien saċerdot ferħan li għex is-saċerdozju tiegħu b’mod sħiħ. Is-sigriet tiegħu kien l-għaqda intima tiegħu ma’ Alla permezz tat-talb. Kellu devozzjoni kbira lejn Ġesù Ewkaristija u lejn il-Madonna Ta’ Pinu. Kellu mħabba kbira għall-Quddiesa ta’ kuljum, għall-meditazzjoni tal-Kelma t’Alla, għal-Liturġija tas-Sigħat u għar-Rużarju. Lill-Madonna Ta’ Pinu, li spiss kien iżurha fis-Santwarju tagħha, kien jafdalha kull ħidma tiegħu. Huwa kellu xewqa kbira li ħdejn is-Santwarju Ta’ Pinu jitrawwem xi Ordni ta’ patrijiet kontemplattivi, iżda dan it-tenttativ ma rnexxiex. Għen ukoll biex tinfetaħ komunità tas-Sorijiet Dumnikani tal-Klawsura fix-Xagħra, iżda anke dan il-proġett rah ifalli quddiem għajnejh, liema żewġ esperjenzi kkawżawlu tbatija interjuri kbira. Iżda hu, ta’ bniedem spiritwali li kien, għaraf jaċċetta dawn il-fallimenti bi spirtu ta’ fidi u rassenjazzjoni f’idejn Alla. Kien jemmen li Alla għandu ż-żmien u t-triqat tiegħu, u ma ħalla xejn jaqtgħalu qalbu. Is-saħħa fiżika tiegħu kienet dejjem xi ftit dgħajfa iżda hu, b’kuraġġ u b’fiduċja fl-għajnuna tas-sema, qatt ma żamm lura milli jagħti lilu nnifsu sal-aħħar. L-ispirtu ta’ sagrifiċċju u r-rabta ta’ qalbu mar-rieda tal-Missier, li wera f’kull ħidma pastorali tiegħu, uriha speċjalment fl-aħħar snin tal-mard tiegħu. Kien ilu jbati ħafna minn diversi tipi ta’ mard kroniku, fosthom l-ażżma u l-Parkinson’s disease, sakemm fis-sena 2000 kellu jinxteħet fis-sodda għal kollox. Hemmhekk baqa’ joffri lilu nnifsu bħala offerta ħajja lil Alla sakemm miet b’fama ta’ qdusija fit-30 ta’ Lulju, 2004. Fit-2 t’Awwissu sar il-funeral tiegħu li għalih attendew 116-il qassis. Kienu preżenti wkoll il-President ta’ Malta, il-Prim Ministru u personalitajiet oħra flimkien ma’ folla kbira ta’ nies minn Malta u Għawdex.
Ordination to Priesthood
Chaplain of Nadur Youngsters Football Club Dun Mikiel Attard was chaplain of the local football club for many years. In 1966 after England won the football World Cup, the captain Bobby Moore visited the club of Nadur Youngsters in Ta' Sajd Street.
Picture: Dun Mikiel on the right. Bobby Moore in the center.
Missionary Priest He had a great missionary spirit. On 2 October 1982 he set up the Gozitan Missionary Group with the aim of instilling and strengthening the love of missions and better organizing local activities in favor of the mission. With this Group he organized missionary experiences in Egypt, Kenya, Ethiopia, Pakistan, India, Brazil, Tunisia, Algeria and Peru.
Dun Mikiel in Peru During his misson years Dun Mikiel Attard visited the misson of Fr. Raymond Portelli in Peru.
Dun Mikiel in Melbourne Australia In 1971 Dun Mikiel visited his relatives in Melbourne.
He also was a guest on a television program presented byBartholomew Augustine Santamaria, usually known as B. A. Santamaria(14 August 1915 – 25 February 1998), Bob Santamaria was an Australian Roman Catholic anti-Communistpolitical activist and journalist.