\

 

EVENTS :

 

PROGRAMM
TAL-FESTI SOLENNI
F’ĠIEĦ IL-PRINĊPIJIET TAL-KNISJA
L-APPOSTLI SAN PIETRU U SAN PAWL

li ser jiġu ċċelebrati mill-Parroċċa Arċipretali, Matriċi, Kolleġġjata Insinji u Bażilika tan-Nadur, Għawdex
 bejn il-15 ta’Ġunju u d-29 ta’Ġunju 2010
u
tal-Pussess
ta’ Mons. Jimmy Xerri PH.L.
bħala s-Seba` Arċipriet u l-Ħmistax ir-Ragħaj Spiritwali tal-Parroċċa
nhar il-Jum tal-25 ta’Ġunju 2010

Motto:
‘Fittxu li ssaħħu s-sejħa u l-għażla tagħkom’
( 2 Pietru 1, 10 )

 

It-Tlieta, 15 ta’ Ġunju:
7.30 p.m.: Il-Banda ‘Mnarja’ tagħmel marċ fiż-żona residenzjali tal-Ħali u wara tittella` Attivita` Soċjali.

Bidu tal-Festi Solenni

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Ġunju:
JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA TITULARI MIN-NIĊĊA

5.30 p.m.: Quddiesa. 6.45 p.m.: Rużarju bis-sehem tal-komunità parrokkjali. 7.15 p.m.: Konċelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-Banda ‘Mnarja’ ċċelebrata mill-Arċipriet maħtur Mons. Jimmy Xerri PH.L., flimkien mal-Kapitlu u Kleru tal-Parroċċa. Janima l-Kor ‘Jubilate Deo’. Antifona u Barka Sagramentali.  Wara jsir il-ħruġ Solenni tal-Istatwa Titulari tal-Appostli San Pietru u San Pawl min-niċċa. 9.00 p.m.: Tittella` Attivita` Soċjali fi Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri.

F’dan il-jum jibda il-qrar tal-morda fi djarhom minn numru ta’ konfessuri barranin.

Is-Sibt, 19 ta’ Ġunju: L-Ewwel Jum tan-Novena
JUM  IL-FAMILJA

 5.30 p.m.: Quddiesa. 6.45 p.m.: Rużarju mmexxi minn numru ta’ familji membri tal-komunità parrokkjali. 7.15 p.m.: Quddiesa tan-Novena ċċelebrata minn Mons. Isqof Emeritus Nikol Ġ. Cauchi bis-sehem tal-familji tal-Parroċċa. Wara l-omelija minn Mons. Isqof, jiġi amministrat is-sagrament tal-magħmudija lil numru ta’ trabi ġodda mill-parroċċa.  Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. 9.00 p.m.: Ftuħ tal-Wirja Agrarja ta’ prodotti  imkabbra mill-bdiewa Nadurin kif ukoll ta’ pjanti, annimali domestiċi u artiġjant, mill-Onor. Chris Said Segretarju Parlamentali għad-Djalogu Pubbliku u Informazzjoni, fi Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri organizzata mill-Kunsill Lokali tan-Nadur. Wara ikun hemm serata ta’ għana u żfin folkloristiku minn diversi gruppi mistiedna. Jiġi servut ikel tradizzjonali malti.

F’dan il-jum jsir it-tqarbin tal-morda fi djarhom.

 Il-Ħadd, 20 ta’ Ġunju: It-Tieni Jum tan-Novena
JUM IL-MORDA, ANZJANI U PERSUNI B’DISABILITA`

8.00. a.m.: Tkompli l-Wirja Agrarja fi Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri bis-sehem ta’ diversi gruppi folkloristiċi mistiedna. 9.15 a.m.: Marċ mill-Banda ‘Mnarja’  li jibda minn Vjal l-Imnarja sal-Pjazzetta. 10.30 a.m.: Tberik tal-pets u annimali mill-Arċipriet maħtur Mons. Jimmy Xerri PH.L. u preżentazzjoni ta’ tifkira lill-esebituri mill-Onor. Giovanna Debono Ministru għal Għawdex u s-Sindku tan-Nadur Miriam Portelli. 11.30 a.m.: Quddiesa fil-Bażilika għal pesuni b’diżabilita` u wara festin għalihom fis-sala Parrokkjali imħejji miż-żgħażagħ tal-parroċċa. 3.00 p.m.: Tiġrija taż-żwiemel fi Triq tax-Xħajma.  4.45p.m.: Rużarju bis-sehem tal-komunità parrokkjali. 5.00 p.m.: Quddiesa tan-Novena ċċelebrata mill-Isqof Emeritus Mons. Nikol Ġ. Cauchi bis-sehem tal-morda u l-anzjani tal-Parroċċa li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda lil dawk preżenti.  Wara  Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.

It-Tnejn, 21 ta’ Ġunju: It-Tielet Jum tan-Novena
JUM IT-TFAL

5.30 p.m.: Quddiesa. 6.45 p.m.: Rużarju bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa. 7.15 p.m.: Quddiesa tan-Novena mmexxija minn Dun Michael Said bis-sehem tat-tfal kollha tal-parroċċa. Wara l-omelija ssir iċ-ċerimonja tal-Vestizzjoni tal-Abbatini ġodda. Janimaw il-Korijiet tal-oqsma tal-MUSEUM. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. 9.00 p.m.:  Attivita` għat-tfal fi Pjazza 28 t’April 1688 bis-sehem tal-Iskola Primarja Dun Salv Vella, Skola tas-Sorijiet Franġiskani u l-oqsma tal-MUSEUM subien u bniet.

It-Tlieta, 22 ta’ Ġunju: Ir-Raba` Jum tan-Novena
JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ

5.30 p.m.: Quddiesa. 6.45.: Rużarju bis-sehem tal-komunita` parrokkjali. 7.15.: Quddiesa tan-Novena mmexxija mis-saċerdot novel Dun Noel Debono. Janimaw il-liturġija ż-żgħażagħ tal-parroċċa. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. 9.00 p.m.: Żgħażagħ fest, attivita` miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ fi Pjazza  28 t’April 1688 organizzata miż-żgħażagħ taċ-Ċentru Parrokkjali flimkien mal-Kunsill taż-Żgħażagħ fi ħdan il-Kunsill Lokali. Jieħdu sehem mistiedna speċjali.

L-Erbgħa, 23 ta’ Ġunju: Il-Ħames Jum tan-Novena
JUM IL-MOVIMENTI, KOMUNITAJIET U GĦAQDIET TAL-PARROĊĊA

5.30 p.m.: Quddiesa. 6.45 p.m.: Rużarju bis-sehem tal-komunità parrokkjali. 7.15 p.m.: Quddiesa tan-Novena ċċelebrata mill-Isqof Emeritus Mons. Nikol Ġ. Cauchi  bis-sehem tal-Movimenti, Komunitajiet u Għaqdiet tal-parroċċa. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. 9.00 p.m.: Programm Mużikali Annwali mill-Banda ‘Mnarja’ fi Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri taħt il-patroċinju tal-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa Mons. Jimmy Xerri PH.L.

                                     
Il-Ħamis, 24 ta’ Ġunju: Is-Sitt Jum tan-Novena
JUM L-EVANĠELIZZAZZJONI U L-MISSJONI

Matul in-novena jibdew jinġabru oġġetti ta’ ikel fl-entraturi tal-Knisja biex wara jingħataw lil dawk il-persuni fil-bżonn. Se jinġabru wkoll għotjiet ta’ flus għall-fond tal-karita` tal-parroċċa.

5.30 p.m.: Quddiesa. 6.45 p.m.: Rużarju bis-sehem tal-komunità parrokkjali. 7.15 p.m.: Quddiesa tan-Novena ċċelebrata mill-Isqof Emeritus Mons. Nikol Ġ. Cauchi bis-sehem tal-Movimenti tal- Evanġelizzazzjoni  tal-parroċċa u familjari ta’ misjunarji Nadurin. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. 9.00 p.m.:  Ikla Tradizzjonali tal-Imnarja fi Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri bis-sehem ta’ diversi gruppi folkloristiċi u kantanti. Jisserva ikel tradizzjonali Malti. Fl-istess ħin il-Banda ‘Ite ad Joseph’ tal-Qala tagħmel marċ mat-toroq prinċipali li jintemm fi Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri.

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Ġunju:  l-Ewwel Jum tat-Tridu
JUM IS-SAĊERDOTI U RELIĠJUŻI

Taħt il-Ħarsien tas-Solennita` tal-Appostli San Pietru u San Pawl
 PUSSESS TAS-SEBA` ARĊIPRIET U l-ĦMISTAX IR-RAGĦAJ SPIRITWALI
TAL-PARROĊĊA TAN-NADUR 

KAPPILLANI U ARĊIPRIETI
TAL-PARROĊĊA TAL-APPOSTLI SAN PIETRU U SAN PAWL
TAN-NADUR SA MIT-TWAQQIF TAGĦHA
__

Kappillan Dun Bernard Haber
(1688 - 1705)
Kappillan Dun Nazju Hagius
(1706 – 1708)
Kappillan Dun Ġann Indri Falson
(1708 – 1743)
Kappillan Dun Salv Galea
(1743 – 1778)
Kappillan Dun Franġisk Sapiano
(1778 – 1812)
Kappillan Dun Antonin Scasciato
(1812 – 1827)
Kappillan Dun Nikola Spiteri
(1828 – 1853)
Kappillan Dun Ġwann Battista Grech
(1855 – 1876)
Kappillan Dun Ġwann Camilleri
(1881 – 1893)
Arċipriet Dun Ġwann Camilleri
(1894 – 1910)
Arċipriet Dun Martin Camilleri S.T.D.
(1910 – 1921)
Arċipriet Dun Anton Camilleri
(1922 – 1926)
Arċipriet Dun Ġużepp Cassar
(1927 – 1950)
Arċipriet Mons. Mikiel Portelli
Protonotarju Appostoliku
(1951 – 1982)
Arċipriet Mons. Salvu Muscat
Protonotarju Appostoliku
(1983 – 2010)
Arċipriet Mons. Jimmy Xerri  Ph.L.
Protonotarju Appostoliku
(2010)

 

Fil-ġranet tal-14, 15, u 16 ta’ Ġunju 2010, isiru żjajjar ta’ kortesija minn individwi u familji membri fi ħdan l-kumunita` parrokkjali tan-Nadur, lil Mons. Arċipriet Jimmy Xerri PH.L. fid-Dar Parrokkjali, fi Triq il-Kappillan Dun Bernard Haber fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu ta’ Arċipriet ġdid  tal-Parroċċa.

ĊERIMONJA TAL-PUSSESS

5.30 p.m.: Quddiesa. 6.00 p.m.: L-Arċipriet maħtur Mons. Jimmy Xerri PH.L., akkompanjat mill-Kapitlu u Kleru tal-Parroċċa, mill-familjari u poplu Naduri, jitlaq f’Korteo mid-Dar Parrokkjali sal-Kolleġġjata Bażilika akkompanjat mill-Banda ‘Mnarja’. Diskors ta’ merħba, u wara l-Arċipriet maħtur flimkien ma’ Mons. Isqof iħabbat fuq il-bieb prinċipali tal-Bażilika. Dħul fil-Bażilika u tislima lill-istatwa Titulari tal-Appostli San Pietru u San Pawl mill-Arċipriet maħtur. 6.30 p.m.: Qari tad-digriet tal-ħatra l-ġdida tal-Arċipriet il-ġdid u Pontifikal Solenni mmexxi minn Mons. Isqof  Mario Grech, Isqof t’Għawdex li fih Mons. Jimmy Xerri PH.L. jingħata  l-pussess tal-Parroċċa. Waqt din iċ-ċerimonja, l-Arċipriet Mons. Jimmy Xerri PH.L. jingħata l-pussess tat-Tabernaklu, tal-Fondi tal-Magħmudija, tal-Konfessjonarju u tas-Sedja tiegħu fil-Kor tal-Bażilika. Ma’ dan hu idoqq ukoll tlett tokki tal-qanpiena l-kbira minn nofs il-korsija tal-knisja. Fi tmiem jitkanta t-Te Deum b’radd il-ħajr lil Alla u wara l-Arċipriet il-ġdid tal-parroċċa  jagħmel id-diskors tiegħu li fiħ jelenka l-pjan ta’ ħidma tiegħu bħala ragħaj spiritwali. Wara tiġi eżegwita l-Antifona lill-Appostli San Pietru u San Pawl li jġib fi tmiem din iċ-ċerimonja u jsir festin tal-okkażjoni fi Pjazza 28 t’April 1688.

Is-Sibt, 26 ta’ Ġunju:  it-Tieni Jum tat-Tridu
JUM IL-KULTURA

It-43 Anniversarju mill-għoti tad-dinjita` ta’ Bażilika Minuri lill-Knisja Arċipretali, Matriċi u Kolleġġjata Insinji tan-Nadur mill-Q.T. il-Papa Pawlu VI

Jum ta’ għaqda u talb għal Papa Benedittu XVI

5.30 p.m.: Quddiesa. 6.45 p.m.: Rużarju bis-sehem tal-komunità parrokkjali. 7.15 p.m.: Quddiesa tat-tieni jum tat-Tridu ċċelebrata mill-Isqof Emeritus Mons. Nikol Ġ. Cauchi li fiha titfakkar il-ħidma kulturali fi ħdan il-Parroċċa. Mistiedna dawk kollha li jaħdmu fil-qasam kulturali tal-Parroċċa. Fil-bidu tal-quddiesa Mons. Arċipriet Jimmy Xerri ibierek il-Wirja esebita fin-Niċċa tal-istatwa Titulari ta’ San Pietru u San Pawl marbuta mal-ħidma tas-saċerdot fi ħdan il-Parroċċa tan-Nadur. Wirja mtella’ fl-okkażjoni ta’għeluq tas-Sena Saċerdotali. Waqt l-offertorju, numru ta’ għaqdiet joffru l-ħidma kulturali tagħhom lil Eċċ.T. Mons. Isqof Nikol Cauchi. Ma’ dawn jingħaqdu ukoll il-familjari ta’ numru ta’ saċerdoti mejtin mill-parroċċa li għexu ħajja eżemplari. Waqt l-offertorju jittella` ukoll is-Salib Pettorali tal-Arċipriet il-Kan. Dun Martin Camilleri, li eżatt mitt sena ilu nhar l-għodwa tas-26 ta’ Ġunju 1910 kien ħa l-pussess ta’ Arċipriet tal-Parroċċa tan-Nadur. Fi tmiem il-quddiesa issir it-Tifkira ta’ Għeluq il-Mitt Sena mill-Mewt tal-Arċipriet il-Kan. Dun Ġwann Camilleri. Isir il-qari tal-profil  tiegħu, fanfara, u wara jitpoġġa bukett ward f’riġlejn il-monument tiegħu mill-Arċiprieti tal-Parroċċi tan-Nadur, Xagħra, u Żebbuġ li fihom Dun Ġwann Camilleri serva bħala Kappillan u Arċipriet: Kappillan fiż-Żebbuġ bejn is-snin 1863 – 1865, Kappillan fix-Xagħra bejn is-snin 1865 – 1881 u fin-Nadur, Kappillan u aktar tard bħala Arċipriet bejn is-snin 1881 – 1910.  Wara Kurunella, Antifona, Talba speċjali għal Q.T il-Papa Benedittu XVI fl-okkażjoni tat-43 Anniversarju mill-għoti tal-ġieħ ta’ Bażilika, u Barka Sagramentali. 9.30 p.m.: Marċ mat-toroq prinċipali mill-Baned ‘Mnarja’ tan-Nadur u ‘La Stella’ tal-Belt Victoria li jakkompanjaw l-istatwa ta’ ‘L-Għoti tal-Missjoni lill-Appostli San Pietru u San Pawl’.  11.30 p.m.: Tlugħ tal-istatwa fuq il-pedestall fi Triq Diċembru 13, u wara  isir  feature speċjali li jintemm bi spettaklu ta’ Logħob tan-Nar.

Il-Ħadd, 27 ta’ Ġunju:  it-Tielet Jum tat-Tridu
JUM L-EMIGRANTI

5.00 p.m.: Quddiesa. 6.45 p.m.: Rużarju bis-sehem tal-komunità parrokkjali. 7.15 p.m.: Quddiesa tat-tielet jum tat-Tridu ċċelebrata mill-Isqof Emeritus Mons. Nikol Ġ. Cauchi. Mistiedna speċjali l-emigranti u r-residenti barranin. Wara  Kurunella, Antifona, u Barka Sagramentali. 9.00. p.m.: Marċ mill-Banda ‘Mnarja’ mill-Każin sal-Pjazza. Fid-9.30 p.m. Dimostrazzjoni bl-istatwa tal-Appostli San Pietru u San Pawl mat-toroq prinċipali akkompanjata mill-Baned ‘Mnarja’ u ‘San Girgor’ ta’ Kerċem. 12.00 a.m.: Tlugħ tal-istatwa ta’ San Pietru u San Pawl  fuq il-pedestall waqt li l-Banda ‘Mnarja’ tesegwixxi l-Innu Marċ ‘Lil San Pietru u San Pawl’, versi ta’ Patri Mattew Sultana u mużika ta’ Mro. Vinċenzo Ciappara. Wara spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art maħdum mill-Kamra tan-Nar ‘Qalb ta’ Ġesu`’ tal-Fontana.

It-Tnejn,  28 ta’ Ġunju:
JUM IL-BENEFATTURI TAL-PARROĊĊA

Quddiesa tat-Te Deum

8.30 a.m.: Konċelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-komunita` parrokkjali mmexxija minn Mons. Arċipriet Jimmy Xerri PH.L., assistit mill-Kapitlu u Kleru tal-Kolleġġjata Bażilika li fiha jitkanta it-Te Deum b’radd il-ħajr lil Alla għal grazji kollha  miksuba matul dawn il-jiem ta’ festi solenni ad unur l-Appostli San Pietru u San Pawl.

Vġili tas-Solennita`
Rebħ tal-Indulġenza Plenarja

Mat-tokki ta’ nofs il-jum il-Knisja Kattolika tagħti bidu
għas-Solennita` Universali tal-Appostli San Pietru u San Pawl

12.00 p.m.: Mota Solenni li tħabbar il-bidu ta’ din is-Solennita` Universali.

Frott l-Affiljazzjoni Spiritwali li l-Parroċċa Arċipretali, Matriċi, Kolleġġjata Insinji u Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl tan-Nadur għandha mal-Bażilika Papali ta’ San Pietru fil-Vatikan u mal-Bażilika Papali ta’ San Paolo fuori le Mura ġewwa il-Belt ta’ Ruma, kulmin minn din illejla ta’ qabel dan il-jum ta’ festa ta’ Solennita`Universali, sa tmiem tagħha fil-jum ta’ għada, jżur il-Bażilika tan-Nadur, jista` jikseb l-Indulġenza Plenarja tal-maħfra tad-dnubiet xorta waħda daqs li kieku  żar u nviżta, biex jikseb din il-grazzja ż-żewġ Bażiliċi Maġġuri msemmija  fil-belt ta’ Ruma li huma mibnija fuq l-oqbra qaddisa tal-Prinċpijiet tal-Knisja.

Il-Kundizzjonijiet biex wieħed ikun jista` jikseb din il-grazzja mogħtija minn Ommna l-Knisja huma: Qrara Sagramentali, Tqarbina Ewkaristika, u talba skond il-fehma tal-Papa, akkumpanjata mix-xewqa li jżomm  bogħod mill-ħajra għad-dnub.

5.00 p.m.: Quddiesa fil-Bażilika tal-Vġili tas-Solennita`. 6.00 p.m.: Marċ  mill-Banda ‘Mnarja’ mis-Sede tal-istess Soċjeta` fi Triq Diċembru 13 sal-Pjazza fejn wara  tilqa’ il-wasla tal-Eċċ. T. Mons. Nikol Ġ. Cauchi Isqof  Emeritus bid-daqq tal-Innu Pontifiċju. 6.15 p.m.:  Merħba lil Mons. Isqof fil-Portiku tal-Bażilika mill-W. Rev. Mons. Arċipriet, Kapitlu u Kleru tal-Kolleġġjata Bażilika u poplu Naduri, u viżta quddiem Ġesu` Ewkaristija.

Translazzjoni Pontifikali

6.30 p.m.: Translazzjoni Pontifikali mill-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesu` sal-Knisja Bażilika bir-Relikwija tal-Appostli San Pietru u San Pawl immexxija mill-Eċċ. T. Mons. Isqof Emeritus Nikol Ġ. Cauchi, akkompanjat mill-W. Rev. Kapitlu tal-Kolleġġjata Bażilika tan-Nadur bis-sehem ta’ rappreżentanza mill-W. Rev. Kapitlu tal-Knisja Katidrali. Takkompanja l-Banda ‘Mnarja’ bid-daqq ta’ marċi reliġjużi. Dħul tat-Translazzjoni Pontifikali  fil-Bażilika u daqq tal-Antifona lill-Appostli San Pietru u San Pawl.

Talba Solenni tal-Ewwel Għasar tas-Solennita`

 6.45 p.m.: Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar tas-Solennità tal-Appostli San Pietru u San Pawl ippresedut  mill-Arċipriet tal-Parroċċa l-W. Rev. Jimmy Xerri PH.L., flimkien mal-W. Rev. Kapitlu tal-Kolleġġjata Bażilika. Tiġi eżegwita l-mużika ta’ Mro. Ġużeppi Camilleri taħt id-direzzjoni tal-‘Maestro di Cappella’ l-Kan. Ġużeppi Grech assistit minn Mro. Antoine Theuma. Jieħu sehem il-Kor ‘Jubilate Deo’ tal-Parroċċa. Kant tas-Salve Regina, Antifona, u Barka Sagramentali. 8.15 p.m.: Quddiesa.

9.00 p.m.:  Spettaklu ta’ Logħob tan-Nar tal-Ajru fl-inħawwi tal-Ġebel l-Aħmar maħdum mill-Kmamar tan-Nar ta’ ‘Santa Marija’ tal-Imqabba, ‘Farrugia Brothers’ tal-Fontana u ‘Madonna tal-Virtu’ Għarb. 9.30 p.m.:  Marċ mill-Banda ‘Victory’ minn Triq il-Knisja sal-Pjazza fejn wara tesegwixxi programm mużikali fuq il-palk prinċipali. 10.00 p.m.: Mill-Pjazza jibda l-marċ ta’ lejliet il-festa mill-baned ‘Mnarja’ u ‘La Stella’ mat-toroq prinċipali. F’nofs il-lejl spettaklu  ta’ Logħob tan-Nar tal-Art maħdum mill-Kamra tan-Nar  ‘Qalb ta’ Ġesu`’ tal-Fontana.

It-Tlieta, 29 ta’Ġunju
JUM IS-SOLENNITA` UNIVERSALI  TAL-APPOSTLI SAN PIETRU U SAN PAWL

Il-Parroċċa tan-Nadur tingħaqad mal-Knisja f’Ruma flimkien ma’ dik Universali f’dan il-jum ta’ Solennita` f’ġieħ il-Prinċpijiet tal-Knisja l-Appostli San Pietru u San Pawl.

Quddies fil-Bażilika: 5.00a.m., 6.00 a.m., 7.00 a.m. 9.00 a.m. (Pontifikal Solenni), 11.30 a.m. u 5.00 p.m.
Fil-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesu`: 6.15 a.m., 9.30 a.m. u 10.30 a.m.

7.45 a.m.: Kant tal-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mill-W. Rev. Kapitlu tal-Kolleġġjata Bażilika. 8.30 a.m.: Wasla tal-Eċċ. T Mons. Isqof Mario Grech fid-Dar Parrokkjali fejn jingħata merħba minn Mons. Arċipriet Jimmy Xerri PH.L. flimkien mal-W. Rev. Kapitlu tal-Kolleġġjata Bażilika. 8.40 a.m.: Il-Kapitlu u Kleru  tal-Parroċċa jakkompanjaw lill-Eċċ. T. Isqof t’Għawdex sal-Bażilika.

Pontifikal Solenni

 9.00 a.m.: Pontifikal  Solenni ta’ Jum is-Solennita` tal-Appostli San Pietru u San Pawl mmexxi mill-Eċċ. T. Mons. Isqof Mario Grech Isqof t’Għawdex, akkompanjat b’ rapreżentanza tal-Kapitlu Katidrali bis-sehem tal-W. Rev. Mons. Arċipriet u Kleru tal-Parroċċa. Tiġi eżegwita l-Quddiesa ta’ Mro. Ġużeppi Camilleri bis-sehem tal-Kor ‘Jubilate Deo’  taħt id-direzzjoni tal-‘Maestro di Cappella’ il-Kan. Ġuzeppi Grech li jkun assistit minn Mro. Antoine Theuma. Wara l-omelija Mons. Isqof  Mario Grech jagħti il-premju ‘Qalb Ġeneruża’ mniedi mill-parroċċa lit-tifel jew tifla rebbieħ/a  li matul is-sena tkun/kienet wera/uriet ġenerożita` ma’ minn hu anqas ixxurtjat. Fit-tmiem tingħata il-Barka minn Mons. Isqof u tiġi eżegwita l-Antifona lill-Appostli San Pietru u San Pawl.

 11.30. a.m.: Marċ popolari ta’ filgħodu mill-Baned ‘Santa Elena’ ta’ Birkirkara u ‘De Rohan’ ta’ Haż Żebbuġ li jibda mill-Pjazza u jagħdi għal Triq il-Kappillan, Triq Xandriku, Triq San Ġwann, Triq Diċembru 13 u jintemm fil-Pjazza.

Għasar Solenni

6.15 p.m.: Wasla tal-W.Rev. Mons. Arċipriet fejn jiġi milquħ fil-Portiku tal-Bażilika mill-W.Rev. Kapitlu u Kleru tal-Kolleġġjata.

6.30 p.m.: Ċelebrazzjoni Solenni tat-tieni Għasar tas-Solennita` ippresedut mill- W. Rev. Mons. Arċipriet Jimmy Xerri PH.L., flimkien mal-W.Rev. Kapitlu tal-Kolleġġjata Bażilika. Kant tas-Salve Regina u Antifona lill-Appostli San Pietru u San Pawl.

7.00 p.m.:  Marċ mill-Banda ‘Prekursur’ tax-Xewkija minn ħdejn il-Każin tal-Banda ‘Mnarja’ sal-Pjazza. 7.15 p.m.:  Marċ mill-Banda ‘Manrja’ minn ħdejn il-Każin tagħha sal-Pjazza.

Purċissjoni  bl-Istatwa Titulari

8.00 p.m.:  Ħruġ Solenni tal-istatwa Titulari tal-Appostli San Pietru u San Pawl mill-Bażilika. Merħba mill-poplu Naduri u eżekuzzjoni tal-innu ‘Divi Sovrani’ tal-Arċipriet Dun Anton Camilleri mill-Banda ‘Mnarja’  bis-sehem tal-Kor ‘Jubilate Deo’ tal-parroċċa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Grech. 8.30 p.m.:  Purċissjoni bl-istatwa Titulari mmexxija mill- W. Rev. Mons. Arċipriet Jimmy Xerri PH.L. bis-sehem tal-W. Rev. Kapitlu u Kleru tal-Kolleġġjata Bażilika, abbatini  u  fratellanzi tal-Parroċċa. Takkompanja l-Banda ‘Mnarja’ b’marċi reliġjużi. Waqt il-purċissjoni jittella’ spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-ajru maħdum mid-ditta ‘St. Michael Fireworks’ ta’ Ħal Lija.

9.00 p.m.: Il-Baned ‘Prerkursur’ tax-Xewkija u ‘Santa Margerita’ ta’ Sannat jeżegwixxu Programm Mużikali fi Pjazza San Pietru u San Pawl.

 10.00 p.m.: Wasla tal-purċissjoni fil-pjazza. Tislima lill-Appostli San Pietru u San Pawl mill-poplu Naduri bil-kant tal-innu ‘Lil San Pietru u San Pawl’, kaxxa tad-dħul u spettaklu finali ta’ logħob tan-nar tal-ajru maħdum minn ‘St. Michael’s Fireworks’ ta’ Ħal Lija. 10.30  p.m.:  Dħul Solenni tal-purċissjoni fil-Bażilika, Antifona u Barka Sagramentali.

11.00 p.m.: Marċ brijuż mill-Banda ‘Santa Margertia’ ta’ Sannat mill-bidu ta’ Triq Diċembru 13 sal-Pjazza.

Tmiem ta’ dan il-Jum ta’ Solennita`
f’ġieħ il-Prinċpijiet tal-Knisja l-Appostli San Pietru u San Pawl
 
Ħajr lil Alla għal grazzji kollha li għoġbu isawwab fuqnha f’dawn il-jiem ta’ festa.

_____________

Is-Sibt, 3 ta’Lulju
L-Ewwel Quddiesa Solenni ta’ Dun Noel Debono

6.00 p.m.:  Il-Banda ‘Mnarja’ takkompanja l-Korteo tas-Saċerdot Novel Dun Noel Debono, mid-dar tal-familja tiegħu fi Triq il-Knisja sal-Kolleġġjata Bażilika. 6.30 p.m. Fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, l-Ewwel Quddiesa Solenni tas-Saċerdot il-ġdid Dun Noel Debono.

It-Tnejn, 5 ta’ Lulju
Jum ta’ Radd il-Ħajr

7.30 p.m.: Quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Bażilika minn Mons. Arċipriet Dun Jimmy Xerri PH.L. u wara jsir id-dħul tal-Istatwa Titulari tal-Appostli San Pietru u San Pawl fin-niċċa.

*******************************************************

Johnaton Grech

Johnaton Grech

Knisja Qalb ta’ Ġesù - Church of the Sacred Heart of Jesus - Nadur, Għawdex

I would like to take this opportunity to thank His Excellency, the Archbishop Tommaso Caputo, Apostolic Nuncio for the Diocese of Malta, for celebrating the mass today May 22nd 2010, the 100th anniversary from the consecration of the church, and also for delivering the message from His Holiness the Pope Benedict XVI.

Celebrating today the 100th year from the consecration of the church. The church is living to Fr. Ġużepp Vella's dream of promoting the devotion to the Sacred Heart of Jesus. It has done it for 100 years, and we will be doing our best so as it will continue to do it in the future.

Centenary Annversary of the Sacred Heart Church Dedication

On the 21 May, 2010 The parish marks the centenary anniversary of the Sacred Heart Church in our town. Though the Collegiate parish Church reached the needs of the people well, Fr Joseph Vella felt the need to build another church for the public adoration of the Blessed Sacrament. The Sacred Heart Church, until today the property of the Vella and Grech families still fulfills this duty. It was on 21 May 1910 that H.L. Giovanni Maria Camilleri, Bishop of Gozo dedicated the church. Today, a Pontifical Mass would be held presided by H.G. Mgr Tommaso Caputo, Apostolic Nuncio to Malta at 6.30p.m. and tomorrow, another Pontifical Mass would be held at the same time, presided over by H.G. Mgr Joseph Mercieca, Archbishop Emeritus of Malta, after which a procession with the Sacrament would be held, led by Archpriest the Most Reverend Mgr Jimmy Xerri together with the Most Reverend Collegiate Chapter and Clergy.

Storja qasira tal-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù ġewwa in-Nadur Għawdex

Il-Knisja twieldet minn idea, bil-ħidma u bid-dedikazzjoni ta’ Dun Ġużepp Vella. Fil-bidu ried jibni Knisja bil-flus miġbura mingħand il-poplu. Iżda meta ra d-diffikultajiet minħabba l-faqar ta' dak iz-zmien huwa ddecieda li jirrikorri għall-flus tal-familja li dak iz-zmien kienet magħrufa għall-kummerc ta’ l-inbid. Min dakinhar ‘il quddiem il-Knisja kienet mhux biss mibnija bi flus il-familja, iżda wkoll fuq bicca art mixtrija mill-familja ta’ Dun Gużepp. L-iskop ta’ din il-Knisja kien li jinħoloq centru ta’ talb u tal-Adorazzjoni Ewkaristika.

Nhar l-4 ta’ Mejju 1902 kienet imbierka u mqiegħdha l-ewwel ġebla tal-Knisja mill-Isqof ta’ Għawdex li dak iż-żmien kien l-E.T. Mons. Ġwanni Marija Camilleri OESA. Iżda il-fundatur, Dun Ġużepp Vella, ma kellux ix-xorti li jara din l-opra mitmuma. Huwa miet ħesrem nhar is-17 ta’ Ġunju 1906. Ġazzetta ta’ dak iż-żmien kitbet li “l-gżira tilfet wieħed mill-aħjar sacerdoti tagħha”.

Dun Ġużepp twieled ġewwa n-Nadur nhar is-16 ta’ Novembru 1854 u ġie ordnat qassis nhar il 15 ta’ Ġunju 1878. Huwa kien magħruf bħala ruħ tajba, għall-qalb generuża lejn il-foqra u fuq kollox bħala sacerdot ta’ spiritwalita kbira.

Wara il-mewt ta’ Dun Ġużepp, kien ħuh iż-żghir Ġanni Vella li kompla l-opra mibdija minn ħuh il-kbir. Huwa mhux biss ra li jintemm il-bini tal-Knisja iżda ħa ħsieb ukoll li jkopri l-ispejjeż.

Wara li ntemm il-bini, u wara il l-Knisja ġiet mogħnija minn dak kollu li hu meħtieġ għall-kult, hija ġiet imbierku u kkonsagrata nhar it-22 ta’ Mejju 1910 mill-Isqof ta’ Għawdex l-E.T. Mons. Ġwanni Marija Camilleri OESA. Minn dakinhar bdiet tinzamm fil-Knisja l-Adorazzjoni Solenni, il-quddies ta’ kuljum u mumenti oħra ta’ talb u qima.

Nhar il-21 ta’ Jannar 1911, b’digriet ta’ l-Isqof ta’ Għawdex ġiet imwaqqfa il-Via Sagra, filwaqt li fl-1 ta’ Mejju 1911 l-istess Isqof ta il-fakulta` li jitwaqqaf sodalizju ad unur tal-Qalb ta’ Ġesu. Fid-19 ta’ Mejju 1911 il-Knisja ġiet affiljata mal-Kongregazzjoni tas-Santissimu Sagrament ġewwa il-Knisja ta’ Sant’Indrija u Klawdju f’Ruma.

Matul is-snin il-familja Vella kompliet tieħu ħsieb, mhux biss li titkompla il-missjoni tal-Knisja, iżda għamlet minn kollox sabiex togħni il-Knisja b’oġġetti sagri u b’opri ta’ l-arti. Ta’ min isemmi l-orgni inawgurat nhar l-14 ta’ Ġunju 1914 u d-dekorazzjoni u l-pittura tal-kopla u tas-saqaf tal-Knisja mill-professur Francesco Saverio Sciortino u mill-pittur Ġużeppi Briffa. Dawn ix-xogħolijiet ġew inawgurati u imbierka mill-Isqof ta’ Għawdex l-E.T. Mons. Ġużeppi Pace fit-3 ta’ Ġunju 1956.

In-neputijiet u l-proneputijiet tal-fundatur dun Ġuzepp Vella, sidien ta’ din il-Knisja, għadhom sal-ġurnata ta’ llum jieħdu ħsieb l-aspett finanzjarju ta’ din il-Knisja, filwaqt li l-aspett spiritwali hu afdat f’idejn rettur nominat mill-Isqof djocesan bi ftehim mal-familja Vella u Grech.


Images from the feast

Statue of the Sacred Heart of Jesus venerated in the church - 22nd May 2010

The Parish Choir

Michael Cini receiving the Sacrament of Confirmation from H.E. Bishop Mario Grech

Mary Grech and family receiving the commemorative photograph of the Sacred Heart of Jesus from H.E. Bishop Mario Grech

Archpriest of Nadur, Mons. Jimmy Xerri receiving the commemorative photograph of the Sacred Heart of Jesus from H.E. Bishop Mario Grech

Second from the left: Charlie Buttigieg of Malta Bake Shop in Canada takes part in the procession.

Archpriest Mons. Jimmy Xerri with the Holy Sacrament during the procession. Unlike most other processions, the one held at the Sacred Heart Feast in Nadur, instead of a statue, the Holy Sacrament is carried through the streets of the town.

Flowers cover the street for the procession