Toninu Jirrakkonta Programm imtella mill mibki Anthony Sultana Ir-Rebbiegha
Klikkja fuq il link biex tisma.
Anthony Sultana
HAPPY AND HOLY EASTER EVERYONE
Jesus on the Cross by artist Chevalier Michael Camilleri Cauchi assisted by Dame Veronica Camilleri Cauchi and Adonai Camilleri Cauchi. Photo credit to Martin Attard.
Sepulkru fil knisja Bazilika tan-Nadur 2024 Ritratt min Mario Muscat
Sepulkru tal-knisja tal-Qalb ta Gesu 2024 Ritratt min Mario Muscat
Il-PM jżur il-Forn tal-Ħabs 28 ta' Marzu 2024
Read in English Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-Forn tal-Ħabs fejn seta’ jara l-ħidma li għaddejja mill-uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-priġunieri fejn kienu qed jippreparaw il-prodotti, bħal qagħaq tal-appostli, biex jinbiegħu minn quddiem il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Mill-Forn tal-Ħabs hija inizjattiva li tassisti fil-proċess ta’ rijabilitazzjoni tal-persuni li qed jiskontaw sentenza, sabiex anke jakkwistaw ħiliet ġodda li jkunu jistgħu jużaw anki meta jiġu integrati mill-ġdid fis-soċjetà. Tul iż-żjara li saret daglħodu il-Prim Ministru akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi Christopher Siegersma, żar ukoll il-post minn fejn kienu qed jinbiegħu l-prodotti. Huwa tkellem mal-uffiċjali u priġunieri preżenti u faħħar il-ħidma li qed issir għal din l-inizjattiva. Matul iż-żjara, il-Prim Ministru Robert Abela kien akkumpanjat ukoll mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri.
Mixli li beda jsus wara mara u jħallilha r-rigali quddiem id-darMinn Francesca Attard 28 ta' Marzu 2024
Travis Francis Xuereb ta’ 30 sena li joqgħod Santa Venera tressaq il-Qorti akkużat li fl-aħħar xhur wettaq atti ta’ fastidju fuq mara, li kien għamel kuntatt magħha fuq il-mezzi soċjali. Il-prosekuzzjoni spjegat li meta din il-mara ddeċidiet li twaqqaf il-kuntatt u blokjatu mill-mezzi soċjali, l-imputat beda jsus warajha u kien qed jgħaddi mat-tliet darbiet kuljum minn quddiem id-dar tagħha f’Ħal Balzan u jħallilha r-rigali. Kompliet tispjega li minkejja li l-Pulizija kienu bagħtu għall-imputat u qalulu biex jieqaf, kien reġa’ qabad l-istess rutina wara ftit ġimgħat. Imbikkem fl-awla, l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, u minkejja li l-avukat difensur qaltlu biex ma jitkellimx, beda jgħid li kien jgħaddi minn quddiem id-dar tal-allegata vittma darba kuljum, u mhux tliet darbiet kif kien qed jingħad. Il-prosekuzzjoni xliet lill-imputat li kkaġuna biża’ fuq l-allegata vittma li kienet se tintuża vjolenza kontriha, li kkawżalha allarm u dwejjaq li setgħu jwasslu għal offiża fiżika jew psikoloġika, u li l-fastidju kellu konnotazzjonijiet sesswali, inkluż kliem u mossi offensivi, umiljanti u degradanti. Waqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li għad trid tixhed l-allegata vittma u l-familjari tagħha u anke għax temmen li l-Qorti ma jistax ikollha l-garanzija li l-akkużat mhux se jipprova jagħmel kuntatt mal-allegata vittma u l-familjari tagħha. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia, ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest. tvmnews.mt/news/mixli-li-beda-jsus-wara-mara-u-jhallilha-r-rigali-quddiem-id-dar/
Myriam Spiteri Debono unanimously approved as Malta’s President Parliament unanimously votes in favour of appointing Myriam Spiteri Debono as Malta’s 11th President
27 March 2024, by Karl Azzopardi Myriam Spiteri Debono
Parliament has unanimously voted in favour of appointing Myriam Spiteri Debono as Malta’s next President. The motion was presented on Wednesday by Prime Minister Robert Abela and seconded by Opposition leader Bernard Grech. Spiteri Debono, 72, replaces outgoing President George Vella who was Malta’s head of state for five years. For the first time in Malta’s history, the Maltese President required a two-thirds majority in parliament, something that is guaranteed following cross-party agreement. The cross-party agreement was reached on Tuesday following parliamentary group meetings by the two major parties. Both parties also agreed the Prime Minister will be tasking former PN minister Francis Zammit Dimech with the role. Motion thanking outgoing President George Vella During the start of the sitting, the PM presented a motion thanking George Vella for his work during his tenure as President. He said every presidency has its challenges and realities, but Vella always remained authentic in his work “whatever the circumstances were”. President George Vella (Photo: James Bianchi/MaltaToday)Abela praised his work during the pandemic, saying Vella always strived to retain his contact with people. “President George Vella also lived through political upheaval, but he still served the constitution, and did not get dragged into partisan interests,” Abela said, referring to th 2019 political crisis. Abela said it was no lie that government and Vella shared different views on a number of reforms enacted by government – mainly the cannabis reform and the abortion Bill. “. But despite not agreeing with each other, we still remained faithful to our duties, and respectful with each other.” Prime Minister Robert Abela (Photo: James Bianchi/MaltaToday)“President Vella served Malta to the best of his abilities. I thank him not only for his contribution during the past five years, but throughout his political career,” the PM concluded. From his end, the Opposition leader said Vella presided during difficult times for the country, saying he always served the Constitution to the best of his abilities. Bernard Grech concluded by also thanking George Vella’s wife, Miriam Vella, “who managed to be a special companion for him during the presidency.” A historic chapter for the country Speaking after the motion to elect the new President, the PM said it was historic chapter for the country. “This government enacted courageous reforms which were never carried out, with one of them being me (as PM) of letting go of the absolute prerogative of choosing who will hold the most important role in the country.” Speaking about Myriam Spiteri Debono, he said she has all the qualities of being a successful President. “She showed her credentials in seeking national unity – an important cholesteric for President – when she was Speaker of the House. […] She also has excellent knowledge of the Constitution,” Abela said. Opposition leader Bernard GrechHe also said Spiteri Debono never feared progress. “She has always been the one who sought change and progress. She was always open to new ideas.” The Opposition leader made reference to her 6 September speech when delivering the keynote speech at the Victory Day commemoration ceremony in Valletta. She had called for national redemption when remembering Daphne Caruana Galizia, the journalist murdered in 2017, but also delivered a missive against partisan bickering and call for vigilance against corrupt governance. “That day I was present, and I remember saying to myself that she has the qualities to serve in one of the country’s highest roles,” Grech said. “She also loves by helping, by listening and by doing.” The Opposition leader also quashed rumours that he and Abela had been bickering over the choice of new President, saying Abela acted cordially during meetings held. www.maltatoday.com.mt/news/national/128367/myriam_spiteri_debono_unanimously_approved_as_maltas_president_
ll-Parlament japprova mozzjoni li fiha jirringrazzja lill-President Vella Minn Gaetano Micallef 27 ta' Marzu 2024
B’mod unanimu l-Parlament approva mozzjoni li fiha ż-żewġ naħat tal-Kamra rringrazzjaw lill-President George Vella għas-servizz li ta lill-pajjiż. Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kellhom kliem ta’ tifħir għalih waqt is-seduta tal-Erbgħa filgħaxija. Dr Abela qal li l-President Vella baqa’ awtentiku u mexxa l-Presidenza b’mod kolt u b’integrità fejn ħaddan is-sens ta’ stat. Huwa semma kif matul il-Presidenza tiegħu l-President Vella għex il-pandemija madankollu għamel kull sforz biex iżomm kuntatt man-nies inkluż pazjenti barra minn Malta. Il-Prim Ministru qal li l-President Vella għex mumenti ta’ taqlib politiku madankollu ta lill-Gvern il-kunsens fil-pataflun ta’ bidliet kostituzzjonali li saru fosthom dik dwar il-ħatra tal-President il-ġdid. Dr Abela qal li l-President Vella qeda d-doveri tiegħu skont il-Kostituzzjoni bla ma daħal fl-arena partiġġjana. Huwa semma kif il-President Vella ġie attakkat u anke ntalab jirriżenja minn figuri politiċi prominenti imma dejjem aġixxa b’mod dinjituż. Il-Prim Ministru stqarr li l-President Vella kellu opinjoni differenti mill-Gvern fuq numru ta’ riformi u kien hemm mumenti fejn kellu fehmiet differenti fuq temi li l-Gvern kellu mandat elettorali, fosthom ir-riforma dwar il-liġi fuq il-pussess tal-kannabis għall-użu rikreazzjoni u t-twessigħ tal-liġi tal-IVF. Minkejja dawn il-fehmiet differenti, żied il-Prim Ministru, iż-żewġ naħat kienu ċari ma’ xulxin u wrew rispett lejn xulxin. Dr Abela semma wkoll kif il-President Vella aċċetta li ma jaħdimx mill-Palazz tal-Granmastru biex isir ir-restawr u żied li ħadem favur il-lingwa Maltija fejn kien xprun biex inħoloq iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti. Il-Prim Ministru faħħar ukoll lill-President Vella talli ma tilifx okkażjoni li barra minn Malta jippromwovi lil pajjiżna u rringrazzjah talli serva lil Malta skont l-aqwa ħiliet tiegħu waqt li rringrazzjah ukoll għall-karriera politika tiegħu. Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li huwa jaqbel ma’ kważi l-osservazzjonijiet kollha li għamel il-Prim Ministru. Dr Grech qal li l-President Vella ppresjeda fi żminijiet diffiċli għal pajjiżna li matulhom inbidel il-Prim Ministru kif ukoll ix-xenarju politiku lokali. Huwa qal li l-għaqal u l-esperjenza tal-President Vella kienu għodda biex huwa ffaċċja dawn il-mumenti. Dr Grech sostna li kellu laqgħat tajbin ħafna mal-President Vella u semma kif il-President Vella ttrasforma l-imħabba li għandu lejn pajjiżna billi, fost oħrajn, ippromwova l-lingwa Maltija. Il-Kap tal-Oppożizzjoni rrefera għar-riforma kostituzzjonali u waqt li qal li seta’ sar aktar esprima t-tama li l-Presidenza li jmiss tħares iktar f’din id-direzzjoni. Huwa semma l-abbozz ta’ liġi numru 28 u qal li l-President Vella ma qabilx li jiġi introdott l-abort u ra li jkun hemm verżjoni li tipproteġi kemm lit-trabi kif ukoll lill-ommijiet. Dr Grech irrefera wkoll għal Miriam Vella, mart il-President, u qal li bil-ħlewwa u l-karattru tagħha kienet “spalla u bastun” għal żewġha. Il-Kap tal-Oppożizzjoni temm l-intervent tiegħu billi awgura lill-President Vella u waqt li semma li ta ħafna lill-pajjiż żied li fadallu ħafna x’jagħti. tvmnews.mt/news/ll-parlament-japprova-mozzjoni-li-fiha-jirringrazzja-lill-president-vella/
Myriam Spiteri Debono to be next president after Labour and Nationalist MPs signal agreement In a joint statement Robert Abela and Bernard Grech announce agreement on Myriam Spiteri Debono’s nomination for president and Francis Zammit Dimech for acting president • Parliament to vote on Wednesday
26 March 2024, by Kurt Sansone
Myriam Spiteri Debono is set to replace George Vella on 4 April
MPs from both sides of the House signalled their intention to support Myriam Spiteri Debono’s nomination for president in meetings of the respective parliamentary groups on Tuesday. Labour MPs meeting at party headquarters in Hamrun were informed by Prime Minister Robert Abela of Spiteri Debono’s nomination and gave the green light to the former Speaker. Down the road in Pieta, PN MPs meeting at the Stamperija also signalled their support for Spiteri Debono’s nomination in a short uneventful meeting. In a joint statement, the Office of the Prime Minister and the Office of the Opposition Leader said the vote in parliament on Spiteri Debono’s nomination will take place on Wednesday 27 March. This is ostensibly the first time ever that a joint statement between the OPM and the Opposition has been issued. “Earlier today, in separate meetings, the respective parliamentary groups sealed the agreement reached between the Prime Minister and the Opposition leader,” the statement said. It added that the two leaders also agreed that whenever an acting president is required to be appointed, the Prime Minister will be tasking former PN minister Francis Zammit Dimech with the role. Spiteri Debono, 72, will be replacing George Vella whose term ends on 4 April. She will require a two-thirds majority in parliament, something that is guaranteed following the cross-party agreement. Spiteri Debono was Speaker of the House between 1996 and 1998 and had also been a candidate for the Labour Party in the past. www.maltatoday.com.mt/news/national/128341/myriam_spiteri_debono_to_be_next_president_after_labour_and_nationalist_mps_signal_agreement
Updated: 45 year old diver dies in Ċirkewwa, 17 others rescued March 26, 2024
Aqra bil- Malti A 45 year old man from the Netherlands has lost his life after he found himself in difficulty while diving in Ċirkewwa, while another 17 divers were rescued. tvmnews.mt is informed that the incident occurred at approximately 13.20hrs when the divers found themselves in difficulty in rough sea. The Armed Forces and Civil Protection officers carried out the rescue operation for the two groups of divers. Several medical teams from Mater Dei hospital were also sent to assist in the rescue operation. Initial information obtained by tvmnews.mt indicates that one of the divers was given CPR on the spot as he was in a serious condition, while three others were assisted by the doctors who arrived on the spot. While 4 of them were taken to hospital, the rest refused to be taken to hospital for further observation. The diver who received CPR was taken to hospital for treatment but died shortly afterwards. The conditions of the others are still pending. In a statement, the Police explained that four of them managed to get ashore on their own. Due to this incident, the Gozo Channel service was stopped for two hours and started operating again at around half past three in the afternoon. Duty Magistrate Gabriella Vella was informed of the case and appointed a magisterial inquiry, while Police investigations are ongoing. tvmnews.mt/en/news/search-operation-underway-in-cirkewwa-after-divers-find-themselves-in-difficulty/
Anzjan ta’ 71 sena mixli b’ħasil ta’ flus u logħob tal-azzard Minn Clara Farrugia 25 ta' Marzu 2024
Anzjan ta’ 71 sena residenti San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti akkużat b’ħasil ta’ flus u li offra servizz tal-logħob li jeħtieġ liċenzja meħtiega maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Logħob. Il-prosekuzzjoni qalet li f’Diċembru 2020 l-Pulizija rċeviet informazzjoni li l-akkużat, Michael Mifsud, kellu xi diskrepanzi fil-kontijiet bankarji tiegħu. Meta l-Pulizija għamlet investigazzjoni finanzjarja fil-kontijiet bankarji ta’ Mifsud setgħet tinnota diskrepanza ta’ €250,000 li aktar tard telgħu b’xi €60,000 oħra. Il-prosekuzzjoni żiedet li minn investigazzjonjiet ulterjuri l-Pulizija rriżultalha li l-akkużat kien qed iwettaq logħob tal-azzard illegali u kompliet li l-akkużat huwa pensjonant u d-dħul kollu li kien idaħħal ma kienx qed jiġi ddikjarat. L-anzjan wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih bil-Maġistrat Marse-Anne Farrugia ordnat s-sekwestru ta’ €300,000. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest bil-prosekuzzjoni ma toġġezjonax u l-Maġistrat Farrugia laqgħet it-talba bil-kundizzjoni li jiddepożita l-karta tal-identità u l-passaport, jiffirma l-għassa tal-Qawra darbtejn fil-ġimgħa, ikun hemm xi ħadd li jagħmillu tajjeb b’€20,000 u huwa nnifsu jagħmel tajjeb b’garanzija personali ta’ €50,000. Fil-Qorti ngħad ukoll li l-akkużat m’għandux familja u għaldaqstant se jkun qed jinżamm arrestat fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin sakemm terza persuna taghmillu tajjeb b’€20,000. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Keith Mallan u l-Avukat Andrea Zammit mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali waqt li għal Mifsud dehru l-Avukati Arthur Azzoppardi u Jacob Magri. tvmnews.mt/news/anzjan-ta-71-sena-mixli-bhasil-ta-flus-u-loghob-tal-azzard/
Cables u substations ġodda biex jissaħħaħ in-network tal-elettriku f’Għawdex Minn Massimo Axisa 24 ta' Marzu 2024
Issuktat il-ħidma tal-Enemalta, din id-darba f’Għawdex, sabiex tissaħħaħ id-distribuzzjoni tal-elettriku. Il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żaru x-xogħlijiet li għaddejjin fosthom tqegħid ta’ cables ġodda, substations ġodda u xogħlijiet oħra ta’ titjib fin-network. L-Enemalta qed taħdem biex tkompli ttejjeb il-kwalità tas-servizzi tal-elettriku tagħha f’Għawdex, b’konnessjonijiet ta’ cables ġodda, substations ġodda u xogħlijiet oħra ta’ titjib fin-network. Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli u l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ddiskutew il-proġetti tad-distribuzzjoni tal-elettriku li għaddejjin f’Għawdex waqt li kienu qed jiltaqgħu mal-ħaddiema tal-Enemalta li bħalissa għaddejjin b’xogħlijiet ta’ tqegħid ta’ cables fin-Nadur. Wara żaru wkoll lill-ħaddiema fl-uffiċini tal-kumpanija fix-Xewkija, Għawdex. Bħalissa l-Enemalta qed tqiegħed cables ġodda ta’ 11-il kilovolt taħt l-art fin-Nadur u l-Bajja tax-Xlendi bħala parti minn proġett nazzjonali biex iżżid aktar minn 70 kilometru ta’ konnessjonijiet ġodda bejn ċentri tad-distribuzzjoni u substations li jipprovdu l-elettriku lil lokalitajiet differenti madwar il-pajjiż. Il-proġett se jinkludi wkoll xogħlijiet simili fuq cables ġodda fix-Xagħra, li se jibdew fix-xhur li ġejjin. Permezz ta’ dawn il-konnessjonijiet ġodda, l-Enemalta qed iżżid il-kapaċità tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, biex tnaqqas ir-riskju ta’ interruzzjonijiet fin-network filwaqt li tnaqqas il-ħin li fih tingħata lura l-provvista meta jinqalgħu diffikultajiet bħal dawn. Il-Ministri Miriam Dalli u Clint Camilleri qalu li dan it-titjib huwa essenzjali fil-ħidma lejn servizz tal-elettriku ta’ kwalità ogħla għall-familji u n-negozji f’Għawdex. Matul dawn l-aħħar tliet snin, l-Enemalta żiedet 11-il kilometru ta’ cables ġodda taħt l-art, inklużi konnessjonijiet ta’ cables ta’ 11-il kilovolt bejn substations differenti u ż-żewġ ċentri tad-distribuzzjoni f’Għawdex, kif ukoll cables minn substations għal djar u bini ieħor fiż-żoni tal-madwar. L-Enemalta bidlet jew żiedet ukoll 14-il kilometru ta’ linji, biex tkompli tikkonsolida n-network tagħha fuq din il-gżira.
Francis Zammit Dimech mistenni jkun Aġent President – rapport Minn Owen Teuma
24 ta' Marzu 2024 12:10 PM
Luke Zerafa L-Aġent President li jmiss mistenni jkun l-eks Ministru Nazzjonalista u eks Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech. Zammit Dimech se jkun qed jieħu post Frank Bezzina li ilu f’din il-kariga sentejn. Dan tħabbar fuq il-gazzetta Times of Malta li qalet li dan sar wara li kien qbil politiku bejn Robert Abela u Bernard Grech. Aktar kmieni din il-ġimgħa tħabbar li l-eks Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Myriam Spiteri Debono se tkun is-suċċessur ta’ George Vella bħala l-President ta’ Malta. L-aġent president jassumi d-dmirijiet kollha ta’ president kull meta l-president ikun barra minn Malta jew f’każ li l-President ma jkunx jista’ jmexxi l-pajjiż minħabba problemi ta’ saħħa. Din hija l-ewwel darba li Prim Ministru u mexxej tal-oppożizzjoni qablu fuq iż-żewġ ħatriet iżda fil-passat kien hemm drabi li l-Gvern u l-Oppożizzjoni vvutaw bi qbil fil-Parlament għall-ħatra ta’ President. newsbook.com.mt/francis-zammit-dimech-mistenni-jkun-agent-president-rapport/
“Xogħlijiet mal-Gvern fost affarijiet imwiegħda biex jinxtraw il-plejers” Minn Owen Teuma
24 ta' Marzu 2024
Ritratt: Qala Saints L-eks Ministru Nazzjonalista Jason Azzopardi allega li xogħlijiet mal-Gvern kienu fost affarijiet imwiegħda biex jinxtraw plejers tal-futbol f’Għawdex. Ilbieraħ Newsbook Malta żvela kif il-Pulizija u d-Dipartiment tal-Integrità fi ħdan l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) fetħu investigazzjoni dwar rapport ta’ attentat ta’ korruzzjoni fil-futbol f’Għawdex. F’post fuq il-midja soċjali, Dr Azzopardi, li rrimarka li bħalissa hemm 18-il persuna taħt investigazzjoni kriminali, qal li persuna viċin ħafna tal-Ministeru għal Għawdex avviċina plejer tal-Qala Saints biex javviċina eks plejer tan-Nadur, biex jikkorrompi l-goalkeeper tan-Nadur, li min-naħa tiegħu rrifjuta li jinxtara. Huwa qal li ma sarux wegħdi ta’ impjieg mal-Ministeru għal Għawdex biss u semma fost l-oħrajn “wegħdi biex suldat Għawdxi li jaħdem Malta jaqbeż il-kju ta’ stennija ta’ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta, ħalli jkun stazzjonat Għawdex”. Fi kliem Azzopardi, saret ukoll wegħda biex LSE fi skola tal-Knisja tibda taħdem fi skola tal-Gvern f’Għawdex bħala LSE u taqbeż il-kju ta’ LSEs Għawdxin li bħalissa qed jaħdmu Malta. Huwa staqsa kif qatt jistgħu jsiru wegħdi bħal dawn jekk mhux bil-barka ta’ min imexxi l-Gvern f’Għawdex. Il-President tal-Qala Saints – li xogħlu kien ta’ kaħħal – huwa x-xufier tal-Ministru għal Għawdex. Newsbook jinsab infurmat li Noel Mizzi ssemma f’waħda mill-konverżazzjonijiet bejn futboler tal-Qala Saints u ieħor tan-Nadur Youngsters FC. Dr Jason Azzopardi semma wkoll kif is-sena li għaddiet, Noel Mizzi, li huwa l-President tal-Qala Saints u x-xufier tal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, ingħata l-unur mill-istess Ministru bħala l-Uffiċjal Sportiv tas-Sena.
DOI: Ritratt fejn jidher il-Ministru Clint Camilleri, il-Prim Ministru Robert Abela u Noel Mizzi fil-grawnd tal-QalaF’reazzjoni, il-Kumitat ta’ Qala Saints FC iddikjara li l-ebda membru tal-kumitat, jew ebda uffiċjal tal-klabb, ma huwa b’xi mod involut f’xi tentattiv biex tkun irranġata logħba mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex. newsbook.com.mt/xoghlijiet-mal-gvern-fost-affarijiet-imwieghda-biex-jinxtraw-il-plejers/
L-ebda ċaħda minn Qala Saints FC li għaddejja investigazzjoni dwar match fixing Newsbook infurmat li x-xufier tal-Ministru Clint Camilleri jissemma' f'konverżazzjoni rrikordjata li tinsab għand il-Pulizija
Minn Matthew Mamo
23 ta' Marzu 2024 4:16 PM
Ritratt: Qala Saints Il-Kumitat ta’ Qala Saints FC ddikjara li l-ebda membru tal-kumitat, jew ebda uffiċjal tal-klabb, ma huwa b’xi mod involut f’xi tentattiv biex tkun irranġata logħba mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex. Madankollu, f’reazzjoni mill-Kumitat tal-klabb Għawdxi għal mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt, ma kienx dikjarat jekk il-klabb kienx infurmat bl-allegazzjonijiet ta’ match fixing jew hux infurmat li għaddejja investigazzjoni dwar dan. Fi stqarrija uffiċjali, il-Kumitat kien qed jirreaġixxi għall-aħbar żvelata minn dan is-sit iktar kmieni llum, li l-Pulizija u d-Dipartiment tal-Integrità fi ħdan l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) fetħu investigazzjoni dwar rapport ta’ attentat ta’ korruzzjoni fil-futbol f’Għawdex. Waqt li ddikjara li l-membri tal-Kumitat jew uffiċjali tal-klabb bl-ebda mod m’huma involuti f’dak allegat, jiġifieri f’xi attentat ta’ korruzzjoni, il-Kumitat ma qalx jekk l-istess membri jew uffiċjali kinux avviċinati mill-Pulizija bħala parti mill-investigazzjoni. Il-Kumitat lanqas ma’ ddikjara li m’hemmx plejers tal-klabb involuti fl-investigazzjoni, iżda ddikjara dan biss dwar membri tal-Kumitat u l-uffiċjali tiegħu. Newsbook Malta jista’ jikkonferma li mill-inqas plejer wieħed, akkużat li avviċina lill-avversarju, qed jassisti lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet. Minbarra l-Pulizija, anke l-Uffiċjal tal-Integrità tal-MFA Herman Mula kkonferma li għaddejja investigazzjoni. Mat-Times of Malta hu ppreċiża li din l-investigazzjoni għadha fi stadju bikri. Il-Pulizija tinvestiga attentat biex tkun irranġata logħba futbol f’Għawdex Il-Kumitat qal lil Newsbook Malta li “Qala Saints FC u d-diriġenti tiegħu jikkundannaw kull forma ta’ korruzzjoni bla riżerva” u għamilha ċara li “mhux se jiddefendi lill-ebda persuna li jista’ jirriżulta li jkun b’xi mod involut fl-allegazzjonijiet li qed jissemmew.” F’dik li tidher li hi riferenza indiretta għall-avversarji għar-rebħ tat-titlu, Nadur Youngsters FC, il-Kumitat ta’ Qala Saints FC akkuża li “dawn l-allegazzjonijiet nibtu minn kamp kalċistiku ieħor, li jaf għandhom xi interessi ulterjuri.” Ix-xufier tal-ministru jissemma’ f’konverżazzjoni li tinsab għand il-PulizijaNewsbook Malta jinsab infurmat li Noel Mizzi, ix-xufier tal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, jissemma’ f’waħda mill-konverżazzjonijiet li saru bejn plejer ta’ Qala Saints u l-plejer ta’ Nadur Youngsters FC li rrapporta dan il-każ. Mizzi ilu għal diversi snin imexxi lil Qala Saints FC, iżda l-Kumitat ta’ Qala Saints FC ċaħad kull involviment tal-membri tiegħu f’dan l-allegat każ ta’ korruzzjoni. Dan minkejja li l-istqarrija tal-klabb ma tindirizzax speċifikament il-mistoqsija jekk kienx hemm xi uffiċjal li ġie interrogat mill-Pulizija jew intalab jagħti l-verżjoni tiegħu. Dan is-sit jista’ jikkonferma wkoll li din il-konverżazzjoni rrikordjata tinsab f’idejn l-Uffiċjal tal-Integrità tal-MFA, kif ukoll il-Pulizija, u qed tinżamm bħala evidenza. Minkejja dan, sa issa għadu ma ġiex stabbilit jew ippruvat li Mizzi kien involut b’xi mod f’dan il-każ, jew jekk ismu ntużax mill-persuna li qed tkun investigata. Fl-aħħar sigħat, il-kandidat indipendent Arnold Cassola wkoll tkellem dwar dan il-każ, u staqsa jekk ix-xufier ta’ ministru minn Għawdex hux involut f’xi attentat ta’ korruzzjoni fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex. newsbook.com.mt/l-ebda-cahda-minn-qala-saints-fc-li-ghaddejja-investigazzjoni-dwar-match-fixing/
Il-President George Vella onorat mill-President Taljan bl-ogħla unur mill-Istat Taljan Minn Massimo Axisa 23 ta' Marzu 2024
Il-President George Vella ltaqa’ mal-President Taljan Sergio Mattarella fil-Palazz Quirinale f’Ruma. Dr Vella ġie onorat mill-President Mattarella bl-ogħla unur mill-Istat Taljan b’turija ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-President Vella u l-President Mattarella rreferew għall-qrubija bejn Malta u l-Italja sa mit-twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi wara l-Indipendenza fl-1964. Il-President Vella rrimarka li r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi hija l-aktar b’saħħitha fil-kuntatti bejn il-popli li baqgħu jissaħħu matul is-snin, kif ukoll fir-rigward tar-relazzjonijiet ta’ kummerċ u investiment. Il-Presidenti ddiskutew possibbiltajiet ta’ kif lir-rwol tal-Unjoni Ewropea fuq livell internazzjonali jista’ jkompli jissaħħaħ. Irreferew għal sfidi li qed taffaċċja l-Unjoni Ewropea fosthom it-tkabbir tagħha. Fil-kuntest tal-kooperazzjoni multilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, issemma fost l-oħrajn it-tibdil fil-klima, u kif dan qed ikollu effett dejjiemi fuq ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
Mass for the Confraternity of the Knights of St. Peter & St. Paul 27 June, 2023 Basilica of St. Peter & St. Paul Nadur, Gozo. Malta.
Mass for the Confraternity of the Knights of St. Peter & St. Paul 27 June, 2023 Basilica of St. Peter & St. Paul Nadur, Gozo. Malta. Group photo: The Knights and Dames of the Confraternity with the Archpriest Mons. Jimmy Xerri and the Clergy of the parish.
l-ewwel jum tat -tridu
Quddiesa ta l-ewwel jum tat -tridu immexxija mis-Sacerdot novell Dun Mario Mercieca li fiha jiccelebra l-ewwel Quddiesa tieghu fil komunita taghna .Jippriedka .l- Arcipriet tax-Xaghra Mons Carmelo Refalo Ritratti minn Mario Muscathttps://www.facebook.com/nadur.ghawdex.96/videos/423540685283950/
The Basilica of Nadur Yesterday Photo by Mario Muscat
Jitnizzlu l-linef ghal festa
Ritratt minn Mario Muscat
Jibda jintrama l-Altar tal- kor ghal festa Ritratt minn Mario Muscat
Il-villagg Tal-Hali fin-Nadur jizzejjen ghal festa Ritratt minn Mario Muscat
Nadur in pictures Dahlet Qorrot Bay Photo by Mario Muscat
L' artal tas-Sagrament fin-Nadur Ritratt minn Mario Muscat
Qala windmill and Nadur skyline under a misty sunset By Alessio Sultana
Fountain at Xandriku Street Photo by Mario Muscat
Il vara ta' San Pietru u San Pawl mahduma minn Galard f' Marseille
Il vara ta San Pietru u San Pawl tan Nadur Ghawdex ingibet min Franza fil 1882. F dan ir ritat narawa kif kienet meta waslet l Ispirtu Santu zdied xi snin wara . Dan ir ritrat grazzi lil Darren Vella
IL-KONSAGRAZZJONI TAL-KNISJA
Il-lum, 12 ta’ Mejju jaħbat il-153 sena mill-konsagrazzjoni tal-knisja. Il-Konsagrazzjoni ssir billi l-artal jindilek biż-żejt u jitwaħħlu dawk is-slaleb ta’ madwar il-knisja. Il-Konsagrazzjoni tfisser li dik l-art u l-binja tal-knisja ġew mogħtijin lil Alla. Bħalissa lanqas nistgħu nersqu wisq lejn il-knisja. Nistennew il-jum li nerġgħu niltaqgħu hemm. Sadanittant il-knisja kkonsagrata hija kull wieħed u waħda minna li qed nippruvaw inkunu Knisja fid-dar tagħna.
MOMORJI SBIEH TAL-HADD 25 GUNJU, 1967 Il-Parrocca tan-Nadur giet mgħollija ghad Dinjita ta' Bazilika Ritratt kortesija ta' Mario Muscat - Nadur
MEMORIES OF THE PAST IN NADUR Courtesy of Mario Muscat - Nadur
Mill lum c-centru tan-Nadur jerga jiehu ftit hajja meta mistennija jifthu certu hwienet. Dan wara li ghall-ahhar kwazi xahrejn kienu qed jifthu biss l-bank, spizeriji u hwienet tal-ikel, stationery u ironmongeries.
Nappellaw lil kulhadd biex xorta wahda jimxi mad-direttivi kollha tal-awtoritajiet tas-sahha u nirrispettaw lil xulxin.
The stripes flag to commemorate the Parish birthday in Nadur
Nadur invokes Our Lady’s intercession Photo: Charles Spiteri
A 1689 painting depicting Our Lady breastfeeding Jesus has been placed near the main altar at St Peter and St Paul Basilica in Nadur to invoke Our Lady’s intercession against the COVID-19 pandemic. The painting, donated to the church on the occasion of the inauguration of the new parish in 1688, must have been commissioned by someone who most probably ex-perienced the 1675-1676 plague which left around 11,300 persons dead. However, Gozo, Lija and Mdina recorded no fatalities. Besides Our Lady, the painting depicts St Michael Archangel, St Roque and St Sebastian, and a lady on the bottom left-hand side, reciting the rosary. Since the Middle Ages, St Sebastian and St Roque were regarded as protectors from various epidemics, including the bubonic plague.
Old farm house in Upper Ramla
Photo by Mario Muscat
THE SHIELD OF THE CONFRATERNITY OF THE KNIGHTS OF ST. PETER & ST. PAUL Made by Chevalier Chancellor Joe Louis Meilak of the Grand Chapter of Malta. The shield will form part of the furniture in the Office of the Confraternity in Nadur, Gozo. Well done Chancellor Joe Louis Meilak. Chevalier Peter Paul Portelli Grand Master CKSPP
San Koronatu fin-Nadur
Tissebbah in-nicca ta San Koronatu Martri li tinsab gewwa l-Bazilka tan-Nadur minn Mark Falzon.
CONFRATERNITY OF THE KNIGHTS OF ST. PETER & ST. PAUL Grand Chapter of Melbourne. Today, the Confraternity of the Knights of St. Peter & St. Paul organized its Annual BBQ to raise money for charity. As always, it was a very successful event and all the patrons were very happy. Thank you to all the volunteers who came to help yesterday and today. God bless you all. Chevalier Peter Paul Portelli - Grand Master and the Supreme Council.
CONFRATERNITY OF THE KNIGHTS OF ST. PETER & ST. PAUL Our mission is to helping the poor in Peru. Medic by day, priest by night: a Gozitan missionary in the Amazon By John Paul Cordina.
Photo from left: Chevalier Joe Louis Meilak, Fr. Raymond Portelli and Chevalier Carmel Saliba presenting a donation to the mission in Peru.
What’s it like to be a doctor and a priest in one of the most remote cities on earth? Fr Raymond Portelli, a Gozitan priest who has called Peru his home for the past 26 years, recounted his experiences on 103 Malta’s Heart, on the programme Newsbook Hour presented by Fr Joe Borg. Fr Portelli is based in Iquitos, a city of around 400,000 people located in the Amazon basin. The city is the world’s largest city that cannot be reached by road: it is only accessible by river or air. Fr. Portelli is the parish priest of the St Martín de Porres parish, with a population of 18,000 people. Around a fifth of his parishioners are comfortably middle-class, but the vast majority are poor, with around a tenth living in extreme poverty. Households do have running water and electricity, but many live in simple wooden shacks on dirt roads. Due to the city’s isolation, job creation efforts are limited and unemployment is a significant problem. Many people try to eke out a living through fishing, agriculture or by selling trinkets on the streets of the city. Caring for the body and soul As the only priest in the parish – though a number of laypeople do help out – Fr Portelli seeks to look after his community’s pastoral needs. But he also identified another need: for healthcare. “I have always been interested in medicine, even before I joined the seminary,” he explains. Consequently, he obtained a dispensation from Gozo Bishop Nikol Cauchi to study medicine at Iquitos’ university part-time, and graduated as a medical doctor after nine years. He often sees patients at the parish, but notes that his parishioners clearly distinguish between his two roles. “They call me doctor by day, and father by night,” he notes. Helping out in the jungle Though he is based in the city, Fr Portelli regularly ventures outside the parish to provide religious and medical services to isolated communities along the Momón River, a small tributary of the Amazon. Travelling by speedboat to reach a series of tiny villages, with the most distant one 12 hours away, the priest encounters a completely different reality. These communities are virtually inaccessible most of the year, as a drop in water levels reduces the river to a muddy path, and are thus mostly self-reliant. People live in small huts with no doors – theft not being a concern in such an isolated place – in communities with no shops or facilities. Stocking up on medicines for the journey, Fr Portelli takes care of common ailments such as diabetes and malaria. If more serious health issues are identified, he offers to take patients to the city, but they often refuse, as they are unwilling to leave their families behind. Once all patients are treated, Fr Portelli holds a catechism session and celebrates mass, often illuminated by candlelight or kerosene lamps – electricity is unheard of so deep in the jungle. Though most are baptised Catholics, even non-Catholics attend mass out of respect. Living conditions may be harsh, but Fr Portelli also notes that there is a strong sense of community in these villages, with people helping each other out. Everyone knows everyone else, and everyone helps out whenever a new house is built. But every so often, village inhabitants try their luck in the city, effectively severing their ties with the community they grew up in. And as a result, they often feel lost among the city’s 400,000 inhabitants, struggling to fit in.
FLAG OF THE KNIGHTS OF ST. PETER & ST. PAUL
The flag of the Confraternity of the Knights of St. Peter & St. Paul created by the Grand Master Chevalier Peter Paul Portelli and put in details by Ross Sabatini.
The flag is now registered as a Trade Mark in the Australian Federal Government IP Australia. Our aim is that one day the flag will fly in St. Peter Paul Square in Nadur during the feast of Mnarja.
Nadurama Poezija ta' Peter Paul Vella
Ghana fic-Centru Kulturali Malti gewwa Melbourne, l' Awstralja
Gustav TonnaPROSET L-GHANNEJJA IL-KITARISTI U LODJENZA TA KULL NHAR HAMIS IMORRU ALBION JIEHDU PJACIR U NISA JITGHALMU IL BIZZILLA .GRAZZI IL BARMAN U NNISA TA TEA BAR U L-KOK +++
Giacinta GrechNice to keep the Maltese folk singing going on so far from Malta. Was nice to have met a few of you some weeks ago. Best Wishes to ALL, especially Peter Paul Portelli.
Kelinu Vella Haber (1913-2014) Imwieled fin-Nadur fl-1 ta’ Ottubru tal-1913, Kelinu, kif ħafna kienu jsibuh, kien wieħed mill-aktar Nadurin li taw sehem attiv fit-tiswir u t-tisħiħ tal-ilsien Malti matul is-seklu għoxrin. Kien edukat fisSeminarju t’Għawdex u wara filKulleġġ tal-Ġiżwiti f’Birkirkara. Għamel xi żmien novizz mas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u kien hemm li ltaqa’ mal-poeta Karmenu Vassallo. Fost il-ħafna inizzjattivi siewja tiegħu favur il-Malti, huwa waqqaf ‘ix-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti’, u miegħu kien hemm Anton Buttigieg, Ġużè Bonnici, Ġużè Chetcuti u Ġorġ Pisani, li nislu wkoll huwa min-Nadur. L-ewwel laqgħa saret fil-15 ta’ Jannar 1939. Fl-1940 Vella Haber waqqaf din ix-Xirka wkoll ġewwa n-Nadur u din ħadmet bis-sħiħ favur aktar edukazzjoni u tixrid tal-lingwa Maltija kif ukoll biex jinxtered il-litteriżmu. Dan għen lil ħafna żgħażagħ kif ukoll lill-isforzi favur l-emanċipazzjoni tal-mara. Ħeġġeġ ħafna żgħażagħ jibdew jiktbu u mbagħad il-kitba tagħhom kienet tinqara fuq irrediffusion. Fost iż-żgħażagħ li kienu msieħba u ffurmata fl-għaqda li waqqaf Kelinu nsibu persunaġġi bħal Guido De Marco, Charles Camilleri u Frans Ebejer. Kien ukoll membru għal xi żmien fl-Assemblea Nazzjonali tal-Gvern. Miet nhar it-28 ta’ Jannar 2014, fl-età ta’ 100 sena.1 Bħala rikonoxximent tal-ħimda tiegħu kien ingħata Ġieħ irRepubblika fl-1997 mill-President tar-Repubblika l-Eċċ. T. Dr Ugo Mifsud Bonnici.
Fost il-ħafna kitbiet tiegħu, in-Nadur kellu post prominenti. Forsi l-aktar li jispikkaw huma l-folkdrama ‘Nadurjana’ u l-poemett bl-istess isem: ‘Nadurjana’. Il-folkdrama ‘Nadurjana’ li huwa kiteb bħala rakkont f’650 vers joħroġ fil-beraħ il-karattru tan-Nadur u n-Nadurin, dejjem marbuta mal-baħar u mal-agrikultura. Dan kollu fl-isfond tal-istorja li tibda miż-żmien tal-qedem u li twaħħad fiha l-kult lejn San Pietru u San Pawl ma’ dak pagan. Dan irrakkont jimxi mbagħad maż-żmien tal-ħbit tal-furbani, tattwelid tal-parroċċa, taż-żmien li fih saru l-qniepen fl-1815, iċ-ċelebrazzjoni tal-Imnarja fil-Buskett, li inċidentalment qed tagħlaq tliet mitt sena (kien fl-1720, skont ma jikteb Giovanni Agius de Soldanis li l-Imnarja bdiet tiġi ċċelebrata b’dan il-mod fil-Buskett), għall-bini tal-knisja, it-tkabbir tagħha u l-leġġendi marbuta mar-raħal. Hawn se nagħti silta ċkejkna ħafna li anke toħroġ fil-beraħ il-kuntest li fiha nkitbet. Billi din il-folkdrama nkitbet għall-okkażjoni tal-festi triċentinarji mit-twaqqif tal-parroċċa fl-1688, u billi dak iż-żmien qamet il-kwistjoni pjuttost taħraq bejn in-Nadur u l-Qala dwar min minnhom kellu leġittimament jiċċelebra t-300 sena tiegħu, Vella Haber kiteb hekk:
‘In-Nadur kien sar parroċċa maqdes bnew in-Nadurin għax kien ġie Cocco Palmeri amar fis lil Bernardin knisja ibni mar amarlu f’dik il-wesgħa ta’ Nadur qim ġie’ fiha ’l Pietru u Pawlu sadattant aħraq il-bħur ġewwa l-Qala l-Kunċizzjoni fost il-poplu żomm l-unjoni.2
Fih ukoll dawn il-versi patrijottiċi: Jiddomina n-Nadur tagħna minn kull fejn tħares lejh kif mill-port ta’ Malta toħroġ dlonk jisraqlek dwal għajnejk!
Iktar ma qribu tersaq iktar ’il fuq jogħla u kien minħabba f’hekk li nħatar biex għall-Għawdxin ikun gardjola!
Il-widien u l-miġriet tiegħek il-għerien u l-bajjiet ismijiet ta’ nisel juru minn tal-eqdem żminijiet kif il-ġonna u l-kampanja it-triqat l-inħawi sbieħ ismijiet tal-qedem għandhom jixhdu nisel xiħ bis-sħiħ!
Għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena tal-Fidi u tal-1900 sena mill-martirju ta’ San Pietru u San Pawl kienu saru festi kbar fin-Nadur, li l-Knisja Kolleġġjata tiegħu kienet għadha 2 Duminku Camilleri, 125 Sena Kkonsagrata. 125 Sena Bażilika, Vigilat 4, (Nadur 1992), 86-98.
hemm ġiet mgħollija għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Waqt Akkademja mużiko-letterarja nhar il-Ħamis 27 ta’ Ġunju 1968 kienet inqrat il-peożija ta’ Vella Haber li ġġib l-istess isem ‘Nadurjana’. Dan huwa wkoll xogħol patrijottiku fuq l-istess temi ta’ dak imsemmi aktar ’il fuq:
Wiret in-Nadur fuqani l-isbaħ u l-ogħla fost kull panorama li jiflaħ joffri l-arċipelagu tagħna ... ... In-Nadur kiseb foħrija kiseb ġmiel u dija kiseb ruħ Nadurija mill-erwieħ tal-Għawdxin l-oħra.
3 Fost diversi poeżiji oħrajn li huwa kiteb dwar in-Nadur insibu għadd fil-ktieb ta’ Karm Caruana In-Nadur u t-Tempju Tiegħu Monumentali. ‘Il-Bajja ta’ San Blas’ li hija ddedikata lil Girgor Buttigieg ‘Naduri li għex u miet ta’ qaddis,’ u fiha jiddeskrivi l-bajja bħala ‘s-sebħ u l-kobor tan-Nadur,’ blistess stil romantiku ta’ poeti oħrajn ta’ qablu: ‘San Blas nitgħaxxaq bik: / Seħer il-ħajja nsibu kollu fik!’4
Imbagħad insibu wkoll diversi poeżiji oħrajn b’laqta patrijottika. Vella Haber kiteb ‘Il-Kanuni tan-Nadur’ bħala ‘tifkira tal-Professur Lazzru Pisani li Pitter ilMaqdes tan-Nadur.’ Fiha l-kanuni li xi darba kienu jisparaw fuq ‘il-misħut Nofs Qamar’ sabiex jiddefendu lir-reliġjon Nisranija, issa jinsabu sektin. Kanuni oħrajn ‘qniepen saru,’ b’referenza għall-manuvra li kien għamel il-kappillan Dun Anton Scasciato (1772-1834) fl-18151816 meta rnexxielu jakkwista kanuni bil-permess tal Gvernatur Sir Thomas Maitland (1760-1824) sabiex jagħmilhom qniepen ġodda.5 F’ ‘Żernieq il-Maqdes tanNadur’ iddedikata bħala ‘Bukkett qronfol lill-Professur F.S. Sciortino’, il-poeta jibda mill-leġġenda tal-bini talKnisja meta Girgor għabba l-ħmara bil-ġebel u fejn din waqfet, allura nbniet din il-binja u jinfexx f’ħafna tifħir:
Maqdes gwapp ħafna n-Nadur inbena Nixxiegħa sar tal-ogħla sebħ u faħar; Ġieħ dan il-maqdes jiktor, le jinfena.
6 Fuq laqta reliġjuża, fil-poeżija ‘Luminaria Magna’, ‘B’tifkira u żżih il-ħajr lill-Artista Piju Cellini’, Vella Haber jeżalta lil San Pietru u San Pawl fil-ġrajjiet ta’ Attila s-Salvaġġ. Kienu huma li ‘ħarġu għalih bil-qilla, / ħanqu lill-għadu bir-rabtiet tal-lġiem.’ Hekk ukoll ‘aħna nirbħu żgur ... il-Kruċjata Mqaddsa ...’ Dan kollu bit-tarka tal-Imnarja, voldieri tażżewġt idwal li huma San Pietru u San Pawl.7
Anke fix-xogħol tiegħu ‘Quddiem San Koronatu Martri. Fit-Tempju Monumentali tan-Nadur,’ Kelinu jinseġ għanja ta’ tifħir lil dan il-bniedem li sa minn żmien ilu n-Nadurin qisuh bħala Kon-Patrun tagħhom flimkien ma’ San Pietru u San Pawl:
L-osservazzjoni li jagħmel meta jikteb li ‘mhux ta’ b’xejn b’ismek imgħammda / ħafna wlied minn tan-Nadur!’ kienet tapplika b’mod tajjeb għall-1953 meta dehret din il-poeżija ppubblikata, iżda llum iż-żminijiet inbidlu u huma ftit jekk xejn, dawk it-tfal Nadurin li jiġu msemmija għal San Koronatu. Jolqtok ukoll kif Vella Haber jitratta mal-fatt li ma nafu xejn dwar dan il-korp, iżda hu joħroġ b’dan: ‘Aktar m’Int mostur u moħbi, / aktar fostna sirt magħruf ...’ U tassew għaliex f’dawn iż-żminijiet li fih kien qed jikteb San Koronatu kien għad għandu ħafna popolarità fin-Nadur, xi ħaġa li bħal dik tal-ismijiet, illum ixxejnet ukoll.
3 Duminku Camilleri, 200 Sena mit-Twelid ta’ l-E.T. Mons. M. Buttigieg. 100 Sena Arċipretali, Vigilat 5, (Nadur 1993), 94-95. 4 Karm Caruana, In-Nadur u t-Tempju Tiegħu Monumentali, (Nadur 1953), 23.
5 Ibid., 120 6 Ibid., 125 7 Ibid., 133. Kelinu Vella Haber jingħata ġieħ mill-Akkademja tal-Malti f'għeluq il-mitt sena tiegħu - 2013 Storja, Kultura u Attwalità36
'In-Nadur' Poezija ta' Patri Mattew Sultana
Jekk f’sidri nħoss nifs qawwi, Jekk bqajt sal-lum bil-ferħ qalbi trid tfur, Ngħid li mill-arja, mid-dehriet ta’ seħer U l-ħlewwa tan-Nadur.
Fejn il-ħolqien jitbissem Kont nilmaħ qalb dawk l-oqsma, żara’ u ħdura; Widien, għoljiet, siġar tal-frott fejn tħares; Kemm xtaqtni ma ġejtx lura!
X’jiem hienja! X’jiem ta’ seħer, F’raħal sabiħ, f’ġenna tal-art qattajt! Sirt naf in-nies, tħabbibt, ħabbejt, ħabbewni; Nies bħalhom, ftit, jekk rajt! Sal-lum bqajt nistħajjilni
Inħoss il-fewġa tonfoħ f’dawk l-ibruħ, Tmelles fuq wiċċi u fuq uċuh ir-raba’ U nħossha ‘ttini r-ruħ. U għalkemm minkejja fija
Tlaqt f’qasir żmien u ’l min sirt naf ħallejt, Ġmiel in-natura mżiegħed f’dawk l-inħawi U r-raħal qatt ma nsejt. Għax dawn in-nies dħulija ...
Maqdes San Pietru Pawl, ġmiel kull fejn tmur, Ħallewni noħlom b’dawk il-jiem mgħoddija F’dil-‘Ġenna ta’ Nadur’.
Chevalier Michael Camilleri Cauchi receives Gieh in-Nadur 23 November, 2019
Members of the Confraternity of the Knights of St. Peter & St. Paul of the Grand Chapter of Malta, during the presentation of Gieh in Nadur to Chevalier Michael Camilleri Cauchi Deputy Chancellor.
Photo from left: Chevalier Adonai Camilleri Cauchi, Dame Marlene Muscat, Chevalier Carmel Saliba, Chevalier Michael Camilleri Cauchi, Chevalier Chancellor Joseph Louis Meilak, Brother Matthias Mercieca and Dame Veronica Camilleri Cauchi.
Message from the Grand Master H.E. Chevalier Peter Paul Portelli
Photo: The Secretary Chevalier Carmel Saliba is reading the message from the Grand Master for the presentation of Gieh in Nadur to Chevalier Deputy Chancellor Michael Camilleri Cauchi.
The Grand Master His Excellency Chevalier Peter Paul Portelli and the Supreme Council of the Confraternity of the Knights of St. Peter & St. Paul is very honoured to have Chevalier Michael Camilleri Cauchi one of its own.
He has been a very dedicated and honourable member of our Confraternity. He is always ready to give advice to help our Confraternity to achieve more.
We are very happy to say that on Tuesday this week, we donated $10,000 to the Royal Women’s Hospital - Newborn Intensive Care Unit. The money was raised from a Fund Raising Lunch we had last month and some donations from individuals and sponsors.
This year we donated others sums of money to the Australian Farmers who were suffering from drought-ravaged part of the State of Victoria and to our missions in Peru.
Our Confraternity is still small but it’s making a big impact to help those in need.
We like to Congratulate Chevalier Michael Camilleri Cauchi, on receiving the honour Gieh in-Nadur 2019.
God bless you.
H.E. Chevalier Peter Paul Portelli Grand Master CKSPP
Gozo Channel ship damaged after crashing into pier - MinisterMonday, 25 November 2019, Gozo Channel is operating with only two ships after one of the ferries was damaged today due to the strong winds and rough seas, Gozo Minister Justyne Caruana told Parliament. It had already been announced that the MV Nikolaus, which was leased by the company to operate as a fourth vessel, was to undergo repair work that will last till mid-December. The company was operating with three vessels until this morning when one of the remaining three ships was damaged and needs repair work.
CONFRATERNITY OF THE KNIGHTS OF ST. PETER & ST. PAUL Melbourne. Australia. By Chevalier Peter Paul Portelli - Grand Master
On Tuesday 19 November, 2019 the Members of the Supreme Council of the Confraternity of the Knights of St. Peter & St. Paul made a generous donation of $10,000 to the Royal Women's Hospital - Newborn Intensive Care Unit.
Every year more than1,600 babies who are born sick or prematurely are cared for by the specialist NICU team at the Women's.
The money was raised from a Lunch organised by theGrand Chapter of Melbourne on the 13 of October, 2019.
The Supreme Council has agreed to donate money to the Royal Melbourne Children's Hospital at the Good Friday Appeal.
Photo from left: Chevalier Saverio Greto, Dame Gail Vas, Dame Carmela Barbaro, Chevalier Vincenzo Galtieri. H.E. Chevalier Peter Paul Portelli - Grand Master presenting the cheque to Sue Jacobs Deputy Clinical Director - Neonatal Paediatrician, Laura Bignell Chief Midwifery and Nursing Officer, Dame Angela Greto and Dame Mimma Sabatini.
HELPING THE POOR IN PERU
Yesterday Bishop Giovanni Cefai a missionary priest in Peru celebrated Mass in the Basilica of St. Peter and St. Paul in Nadur. After the Mass the Confraternity of the Knights of St. Peter and St. Paul donated money to his mission. Thanks to the Supreme Council of the Confraternity in Melbourne and the Grand Chapter of Nadur for the money. Thanks also to Mons. Jimmy Xerri Parish Priest of Nadur for his support.
This was the second time that the Confraternity donated money to missions in Peru in the last couple of months.
God bless His Excellency Bishop Giovanni Cefai for his work to help the poor and the sick.
God bless the Confraternity of the Knights of St. Peter and St. Paul. Chevalier Peter Paul Portelli Grand Master CKSPP
Dahlet Qorrot Bay from Sopu Tower in San Blas Nadur, Gozo. Malta.
Nadur Bailica Church from San Blas
Sopu Tower built in 1667 by the Knights of Malta
Sopu Tower is situated on the cliffs between St. Blas and Dahlet Qorrot bays in Nadur.
Black statue of St. Peter on the throne
I saw this statue while visiting the church of St Anselm and St Cecilia Roman Catholic church in Kingsway, Holborn, London.
Just like the one in Rome and Nadur.
CONFRATERNITY OF THE KNIGHTS OF ST. PETER & ST. PAUL Nadur. Gozo. A meeting of the Confraternity was held in the Nadur Council Board Room on Monday 24th June where two newly Knights were appointed by Chevalier Peter Paul Portelli Grand Master CKSPP of the Confraternity of the Knights of St Peter and Paul. These are Chev Joe M. Attard of Rabat Gozo and Chev Joe Meilaq. Congratulations. Photos Copyright Carmel Saliba 24.6.19.
After the meeting of the Confraternity of the Knights of St Peter and Paul we attended for the 25th Anniversary Mass of Fr Raymond Portelli at Nadur Basilica. Donations to Fr Raymond were presented to be used in his mission in Peru. Congratulations to Fr Raymond. Photos Copyright Carmel Saliba 24.6.19.